ISTRINA – One News

Jinġabru €26 miljun fl-Istrina tul il-ħames snin tal-presidenza ta’ Coleiro Preca

“Iva, dan il-poplu uniku, ħadd ma jiġbor daqsna ras għal ras. Aħna l-poplu li għall-ġenerożità u  solidarjetà nibqgħu distinti”. Hekk sotniet il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-aħħar edizzjoni tal-Istrina taħt il-Presidenza tagħha li matulha nġabret is-somma rekord ta’ aktar minn €7.6 miljun.

F’atmosferma ferriħija u ta’ sodisfazzjon kbir fi tmiem il-maratona televiżiva ta’ aktar minn 12-il siegħa, il-President Coleiro Preca qalet li s-somma miġbura din is-sena tisboq dik tas-sena li għaddiet b’aktar minn miljun ewro. Huwa stmat li matul ix-xandira tal-bieraħ, inġabru aktar minn €160 kull sekonda.Aqra aktar

“M’hawnx poplu bħalna!”- Jinġabru aktar €7 miljun fl-Istrina 2018

L-akbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’Malta, l-Istrina, irnexxielha tiġbor €7,135,035 f’donazzjonijiet mill-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-maratona, li saret propju l-għada tal-Milied, hija l-aktar waħda mistennija f’pajjiżna, u din is-sena kienet l-aħħar edizzjoni li saret taħt il-patroċinju tal-President Marie Louise Coleiro Preca. Bi kburija, il-President Coleiro Preca saħħqet li m’hawnx poplu bħal dak Malti u Għawdxi, li ta’ kull sena jiżboq kull rekord f’din l-istess maratona.

Il-fondi kollha li nġabru se jmorru għall-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund.

L-appelli minn diversi personalitajiet u persuni fil-bżonn ma naqsux tul it-12-il siegħa li damet għaddejja l-maratona, fejn l-udjenza gawdiet minn spettaklu minn diversi personalitajiet Maltin, fosthom anke l-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

F’messaġġ fil-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-importanza ta’ kull persuna fil-Gżejjer Maltin biex l-Istrina tal- 2018.

Jinġabru kważi €700,000 fl-ewwel siegħa tal-Istrina

Fl-ewwel siegħa tal-akbar maratona ta’ ġbir ta’ fondi f’pajjiżna, l-Istrina, inġabru madwar €700,000. L-Istrina ngħatat bidu għall-ħabta ta’ nofsinhar bil-għan li jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund Foundation.

Aktar tard mistennija jkun hemm spettaklu mill-isbaħ minn diversi personalitajiet Maltin, fosthom wirja ħelwa mill-Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra.

Jingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Istrina

L-Istrina bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar biex għal dawn it-12-il siegħa li ġejjin il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu differenza f’ħajjet ħuthom fil-bżonn. Din is-sena l-Istrina qed issir fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’risq il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund. 

F’filmat li ntwera fil-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-importanza li wieħed jattendi u jagħti donazzjoni lill-Istrina.Aqra aktar

Jekk se taqbad Tal-Linja s-Sibt li ġej, se tagħti sehemek għall-Istrina

B’tal-Linja għall-Istrina se terġa’ ssir għat-tielet sena, hekk kif Malta Public Transport se tagħti donazzjoni mill-vjaġġi lill-Malta Community Chest Fund Foundation. Nofs in-noll imħallas minn kull passiġġier li juża t-trasport pubbliku nhar it-22 ta’ Diċembru se jmur direttament għall-Istrina, mingħajr ebda ħlas żejjed mill-passiġġieri.Aqra aktar

Paul Bailey bl-ogħla ċertifikazzjoni ta’ sewqan

Paul Bailey, ix-xufier li kien qed isuq il-karozza Porsche Spider f’Paqpaqli ghall-Istrina tal-elfejn u ħmistax, kellu l-liċenzji kollha meħtieġa biex isuq il-karozza.

Dan qalu fil-qorti, uffiċjal tal-Assoċjazzjoni sportiva tal-muturi tar-Renju Unit b’rabta mal-każ ta’ Paqpaqli li ħalla tlieta u għoxrin persuna midruba.

Aqra aktar

Send this to a friend