isqof – Page 2 – One News

Notifiki

Il-Professur Mifsud irid skuża mingħand l-Arċisqof

Il-Professur tal-Malti, Manwel Mifsud, qed jippretendi skuża mingħand l-Arċisqof. Il-Professur Mifsud spiċċa barra mir-Radju tal-Knisja, l-RTK, wara bidliet li raw il-programm tiegħu dwar il-Malti jkun fost dawk li spiċċaw anke jekk kien fost l-iktar popolari.

Aqra aktar

Obbligu għal libertà reliġjuża

Fil-pajjiż qabad sew id-dibattitu dwar jekk l-Iżlam għandux ikun mgħallem fl-iskejjel. Illum għamel dikjarazzjoni li fiha ħafna x’tixtarr l-Arċisqof.  Qal li skejjel tal-Knisja f’Malta għandhom juru libertà reliġjuża.

L-Arċisqof Scicluna qal li minnhom infushom l-iskejjel tal-Knisja diġa jfissru bibien miftuħa għall-umanita, u li l-Knisja temmen li l-inklussività twassal għal faraġ kbir.

Aqra aktar

L-Arċidjoċesi tilmenta mill-Masterplan ta’ Paceville ukoll

L-Arċidjoċesi qed tilmenta dwar il-masterplan ta’ Paceville fejn qalet li l-pjan propost għal Paceville  li skont il-Kummisjoni Interdjoċesana Ambjent qed tikkunsidra biss aspetti iżolati tas-sitwazzjoni li fiha sab ruħu dan il-lokal u li skont l-Arċidjoċesi is-sintomu huwa wieħed: nuqqas ta’sostenibilità f’kull żvilupp li sar.Aqra aktar

Waqt li jħabbat il-maltemp, l-Isqof Mario Grech b’talba speċjali

Jekk hawn min qed jifraħ għax ġie l-maltemp, forsi għax iħobb temp xitwi, għandu għalfejn ikun grat lejn l-Isqof t’Għawdex Mario Grech. F’ittra li kiteb “lill-Poplu ta’ Alla” huwa qal li dan l-aħħar kien qed iżur xi parroċċi u innota diversi persuni jitolbu lil Alla biex jibagħt x-xita. Qal li din il-fiduċja li n-nies għandhom fil-Provvidenza Divina tferrħu u tikkunslah, għax qal li huwa sinjal ieħor li l-poplu jemmen qatigħ f’Alla.

Aqra aktar

Isqof Malti f’Ġibiltà

Bħalissa għaddejja quddiesa solenni li qed timmarka l-ħatra tal-Monsinjur Carmelo Żammit bħala Isqof ta’ Ġibiltá. Iċ-ċerimonja simbolika tal-ħatra ta’ Zammit bħala isqof ta’ Ġibiltá saret b’mod uffiċċjali. Zammit għamel il-wegħda tal-elett qabel ma sar it-tberik u libsulu l-kappell tal-Isqfijiet.

Preżenti diversi Ministri u Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra, kif ukoll l-Kardinal mill-Ingilterra.

Aqra aktar

L-Isqof id f’id mal-Imam

Illum kien jum speċjali għall-Katidral ta’ Għawdex għaliex għal Pontifikal ta’ Santa Marija li mexxa l-Isqof Mario Grech kien mistieden l-Imam Mohammed El Sadi tal-Komunita’ Musulmana f’pajjiżna flimkien ma’ rappreżentanti tal-istess Komunita’.

Aqra aktar

Send this to a friend