Isle of MTV – Page 3 – One News

Notifiki

L-artisti kollha tal-Isle of MTV waslu f’pajjiżna

Il-jum tant mistenni minn dawk li għandhom għal qalbhom il-mużika kummerċjali wasal, dan hekk kif illum se jkun qed jittella l-kunċert tal-Isle of MTV fuq il-Fosos tal-Furjana. Kunċert li għalih ġew f’pajjiżna artisti ta’ fama internazzjonali fosthom The Chainsmokers, DNCE, Jonas Blue u RAYE.

Aqra aktar

Kollox lest għall-ikbar kunċert b’xejn fl-Ewropa

“Il-fatt li qed inlestu għall-ħdax-il edizzjoni, juri s-suċċess ta’ dan l-avveniment annwali li fuq kollox il-pubbliku Malti u internazzjonali jistenna. Din is-sena kien hemm domanda ferm ikbar ta’ exposure socjali.” Qal dan Russel Samuel minn Barcode International waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-ħdax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.

Iċ-Chairman tal-Awtorità għat-Turiżmu, Gavin Gulia qal li t-turiżmu mhux sempliċiment kemm-il turist iżur Malta iżda anke dwar il-prodott offrut u kif ukoll avvenimenti ta’ dan it-tip. It-turiżmu huwa frott il-ħidma konġunta ta’ kull min jaħdem f’din l-industrija.

Aqra aktar

Jekk se tattendi għall-Isle of MTV, ara x’servizz speċjali tat-trasport se jkun hemm

Għal għada filgħaxija, il-Malta Public Transport se tkun qed topera ħdax-il rotta bħala servizz speċjali biex tiffaċilità l-vjaġġi ta’ wara l-ħdax-il edizzjoni tal-Isle of MTV.

Dan il-kunċert se jkun qed jittella’ fuq il-Fosos tal-Furjana u wieħed jista’ jattendi mingħajr ma jħallas xejn, bil-ftuħ għal dan il-kunċert se jkun għall-ħabta tat-15:00.

Dawn huma r-rotot li se tkun qed tipprovdi l-MPT:

Aqra aktar

Kollox lest għall-Isle of MTV

Kmieni dalgħodu ntlaħaq qbil sabiex il-magħrufa prinċipessa tal-POP – RAYE tingħaqad mal-kumplament tal-mużiċisti nternazzjonali li se joffru spettaklu fuq il-Fosos tal-Furjana għall-Kunċert ISLE OF MTV.

Apparti numru ta’ DJ’s u kananti nternazzjonali se jingħaqdu wkoll għadd ta’ DJ’s lokali li ser joffru spettaklu qabel jibda l-kunċert. ONE News żar il-Fosos tal-Furjana fejn segwa l-preparamenti għaddejjin għal dan il-kunċert li jifforma parti mill-Malta Music Week.

Aqra aktar

RAYE GĦALL-ISLE OF MTV

L-artista RAYE se tkun qed tingħaqad flimkien mal-artisti internazzjonali l-oħra għall-isle of MTV ta’ din is-sena. Dan tħabbar mill-Awtorità għat-Turiżmu fi stqarrija fejn sostnew li se tkun RAYE li se tagħti bidu għall-kunċert li se jittella’ fil-Fosos tal-Furjana fis-27 ta’ Ġunju.

Aqra aktar

L-Isle of MTV se jkun qed isir fuq il-Fosos tal-Furjana

L-avveniment annwali tal-Isle of MTV li se jittella’ fis-27 ta’ Ġunju għal darb oħra se jitħejja fuq il-Fosos tal-Floriana.

F’dawn l-aħħar snin eluf ta’ turisti u Maltin attendew għal dan il-kunċert spettakolari li huwa okkazzjoni ta’ livell importanti li ngħollu u nippromwovu l-profil ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika.

L-Isle of MTV huwa kunċert annwali b’muzika kontinwa u huwa aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas b’ line-up ta’ artisti internazzjonali b’fama internazzjonali li joħonqu il-folla numerusa fuq il-Fosos tal-Furjana. L-ispettaklu IoMTV huwa l-quċċata ta’ ġimgħat ta’ avvenimenti diversi ta’ mużika live.

Din is-serata hija opportunita’ tajba għal Malta peress li jixxandar programm specjali fuq l-istazzjonijiet MTV madwar għoxrin pajjiż differenti fl-Ewropa.

Jitħabbru l-ewwel artisti tal-ISLE OF MTV!

L-ewwel artisti li ġew konfermati li se jkunu qed jeżebixxu t-talent mużikali tagħhoma fl-ISLE OF MTV ta’ din is-sena huma THE CHAINSMOKERS. L-Isle of MTV se jsir it-Tlieta fis-27 ta’Ġunju fuq il-fossos tal-Furjana, bid-duo mużikali mistennija jkantaw l-iktar diski popolari tagħhom.

ISLE OF MTV 2017: 27 ta’ Ġunju – il-festival ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin

MTV b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu ħabbru li l-Isle of MTV s-sena d-dieħla se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-27 ta’ Ġunju 2017.

Din se tkun il-ħdax-il edizzjoni hawn Malta. Fl-aħħar għaxar snin Malta providet l-ambjent idali għall-ikbar festival mużikali sajfi. Fi kliem Russell Samnuel minn Viacom Velicoty, li tieħu ħsieb il-kunċert, il-festival “has proven to be an extremely successful partnership with our friends at the Malta Tourism Authority.”

Huwa dan is-suċċess li wassal biex il-festival ġie ikkonfermat għall-erba’ snin li ġejjin.

Send this to a friend