Isle of MTV – Page 2 – One News

Notifiki

ARA: Elrow jiġi Malta

Il-party mondjali elrow se jiddebutta hawn Malta b’avveniment f’Settembru

L-ikbar ismijiet fil-mużika elettronika se jkunu f’Uno Malta nhar il-15 ta’ Settembru.

Aqra aktar

Isle of MTV għas-27 ta’ Ġunju 2018

MTV, fi sħubija mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), ħabbru li l-kunċert ta’ mużika live Isle of MTV Malta se jirritorna fuq il-Fosos tal-Floriana nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Ġunju 2018. Il-kunċert sar appuntament fiss fl-appuntamenti sajfin, u din hija t-tnax-il sena ta’ kollaborazzjoni bejn MTV u l-MTA.

Ismijiet kbar bħal The Chainsmokers, DNCE, Steve Aoki, Jason Derulo, Jess Glynne, Martin Garrix, Nicole Scherzinger, Jessie J, Will.i.am, Rita Ora, Flo Rida, Snoop Dogg, Far East Movement, David Guetta, Kid Rock, Kelis, The Scissor Sisters, Lady Gaga, The Black Eyed Peas, Nelly Furtado, Maroon 5, The Chemical Brothers, Enrique Iglesias, N*E*R*D, Shaggy, Garbage, Jazzy Jeff, Gorillaz u One Republic żaru pajjiżna permezz tal-isle of MTV.

Il-Ministru tat-turiżmu Konrad Mizzi qal li permezz ta’ avvenimenti ta’ kwalità bħal dawn, qed inkomplu nimmiraw li nirfinaw u nsaħħu l-prodott turistiku Malti fejn anke s-sena li għaddiet rajna rekord ta’ 2.3 miljun viżitatur.

Min-naħa tiegħu Paul Bugeja li hu l-kap eżekuttiv tal-MTA sostna li din hija opportunità li Malta tilqa’ turisti ta’ kull età, gost, u nazzjonalità. Permezz ta’ dan l-avveniment, Malta tilqa’ bosta ġurnalisti, travel bloggers, socialities u esperti oħra fil-mezzi soċjali, fejn wara, anke narawhom jirritornaw f’pajjiżna bħala turisti.

Suċċess ieħor għall-Isle of MTV

L-artisti ta’ fama internazzjonali li t-Tlieta filgħaxija pparteċipaw fil-ħdax –il edizzjoni tal-Isle of MTV ma ddiżappuntawx.

Il-grinta fuq wiċċ l-ikoni tal-mużika li għal lejla sħiħa ferrħu lill-madwar ħamsin elf Malti u turist li ħonqu l-Fosos tal-Furjana, kienet trasferita fil-folla li żifnet u kantat mad-daqqa tal-mużika b’ġeneri differenti u bi stili li laqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Id-diskors ta’ kemm l-artisti tal-lum ma jiswew xejn fejn dawk ta’ snin oħra sfuma fix-xejn, meta minn kmieni wara nofsinhar, bosta żgħażagħ bdew jinġabru fuq il-Fosos.

Għalkemm l-Isle of MTV ma jattirax żgħażagħ biss, iżda persuni ta’ kull età.

Aqra aktar

The Travellers – minn Għadwex għall-Floriana u madwar id-dinja fl-Isle of MTV

Fost l-ewwel wirjiet għall-Isle of MTV illejla hemm il-grupp Għawdxi The Travellers, tant maħbub fost il-Maltin. Ċerti li wara llum, l-interess fihom anke internazzjonalment se jiżdied. L-Isle of MTV huwa vetrina eċċellenti għat-talent, inkluż dak lokali. Kien verament sabiħ tara tant żgħażagħ jiddevertu għal lirika bil-Malti.

Intant fost il-kummenti li deħlin, hemm li l-avveniment qed isir taħt sigurtà stretta, biex dak li jkun jieħu pjaċir b’moħħu mistrieh.

Aqra aktar

Bil-filmat: Imsaħħra b’Malta u lesti għall-ispettaklu

L-artisti li llejla se jagħtu spettaklu mill-isbaħ waqt l-Isle of MTV 2017 issaħru bis-sbuħija ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon se joffri waħda mill-aqwa udjenzi li huma se jesperjenzaw fil-karriera tagħhom.

Il-ġurnalisti iltaqgħu mal-artisti sigħat biss qabel l-ispettaklu fuq il-fosos fejn qasmu l-aspettivi tagħhom għall-ikbar kunċert mużikali fil-kalendarju Ewropew.

 

Aqra aktar

Send this to a friend