Islam | One News

Notifiki

Gidba li t-tfal kollha se jibdew jitgħallmu l-Islam

Hija impressjoni żbaljata dik li nxterdet fost xi wħud li t-tfal kollha fl-iskejjel Maltin se jibdew jitgħallmu l-Islam. Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li uża l-facebook biex jiċċara għidut li nxterrdu.

“Ejja niċċaraw l-affarijiet dwar tagħlim tar-reliġjonijiet fl-iskejjel. Bħalissa għandna t-tagħlim tar-reliġjon Kattolika u tal-etika għal dawk li jagħżlu li ma jieħdux tagħlim tar-reliġjon Kattolika.”

Aqra aktar

“Waħda biżżejjed” jew “Għandhom dritt jitolbu” – int kif taħsibha?

“Aħna ivvotajna kontra minħabba li l-post huwa zgħir, joħloq problema ta’ parkeġġ, iwaqqa’ l-valur tal-bini li hemm u joħloq l-istorbju. Ghax dawn in-nies, li għandhom dritt li jitolbu, jibdew anke mal-erbgħa ta’ filgħodu.”

Kliem il-kunsillier Raymond Tabone, wara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar b’mod unanimu ħareġ kontra applikazzjoni biex  garaxx u post terran jinbidlu f’post ta’ talb għal persuni bi twemmin Iżlamiku.

L-istess proprjetà ilha tintuża bħala post ta’ talb għal xhur, minkejja li ma kienx hemm permessi.

Aqra aktar

“Iċċaħdux il-burkini” – il-Qorti Franċiża

L-ogħla Qorti amministattiva fi Franza ddeċidiet li tissospendi ċ-ċaħda lin-nisa biex jilbsu burkini fil-kosta ta’ Villeneuve-Loubet.

Intqal li din iċ-ċaħda kienet deċiżjoni li b’mod ċar u serju tikser id-drittijiet fundamentali, bħad-dritt li wieħed iħaddan it-twemmin tiegħu u d-dritt tal-libertà individwali.

Din id-deċiżjoni ħolqot preċedent għal deċiżjonijiet oħra li għad iridu jittieħdu fil-qrati dwar tletin villaġġ ieħor li mhux qed iħalli lin-nisa jilbsu l-burkini.

Aqra aktar

“Jekk inwarrbu l-Musulmani tkun faċli għall-IS li jirreklutawhom”

Meta l-komunitajiet Ewropej jeskludu lill-Musulmani u jispiċċaw mingħajr impjieg u ħbieb, l-Istat Iżlamiku jaħtaf l-opportunità u juri li qed jissimpatizza magħhom.

Fi kliem Sarah Jayne Gilson, esperta dwar it-terroriżmu qalet ma’ one.com.mt li dawn iwegħduhom ħajja aħjar u joffrulhom impjieg li jħallas tajjeb. Isibuhom iddisprati tant li jispiċċaw jissieħbu magħhom għax ma jkollhomx alternattivi oħrajn.

Aqra aktar

Send this to a friend