Irlanda | One News

Notifiki

L-Irlanda b’akkużi ġodda fil-konfront ta’ Theresa May

Il-Partit Demokratiku Unjonist tal-Irlanda, id-DUP, akkuża lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May li ma wettqitx dak li wegħdet dwar l-impatt ta’ Brexit fuq il-fruntieri Irlandiżi.

Dan f’reazzjoni għal ittra li bagħtet il-Prim Ministru stess lil dan il-partit, li kienet ippubblikata f’gazzetta Ingliża.Aqra aktar

L-Irlanda b’referendum dwar l-abort

Il-Gvern Irlandiż qabel li jagħmel referendum fl-aħħar ta’ Mejju li ġej sabiex ikun deċiż jekk għandhiex issir riforma fuq l-abort. Il-vot se jiddeċiedi jekk issirx emenda kostituzzjonali li effettivament tipprojbixxi t-terminazzjonijiet.

Fil-mument, l-abort isir biss meta l-ħajja tan-nisa tkun f’riskju iżda mhux f’każi ta’ stupru, inċest jew abnormalita’ fatali tal-fetu. Il-Prim Ministru, Leo Varadkar qal li huwa ser jikkampanja għar-riforma.

Qabel il-vot, il-ministru tas-saħħa tal-pajjiż ser jippreżenta abbozz ta’ liġi li jipproponi aċċess mhux ristrett għall-abort. Aċċess li jkun disponibbli għal nisa li jkollhom sa tnax-il ġimgħa tqala u f’ċirkustanzi eċċezzjonali anke wara. Id-data tar-referendum ser tkun deċiża wara li jsir id-dibattitu dwar din il-kwistjoni fil-parlament Irlandiż.

L-uragan Ophelia fir-Renju Unit u fl-Irlanda

L-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ingilterra ħareġ twissija ta’ “potenzjalment ta’ periklu għall-ħajja”, hekk kif l-Urugan Ophelia qed jersaq lejn ir-Renju Unit b’irwiefen li jlaħħqu l-130 kilometru fis-siegħa.

Twissija simili ħarġet għan-naħa ta’ fuq tal-Irlanda, fejn l-iskejjel kollha mistennija jgħalqu fit-15:00.

Qed ikun imbassar li kawża tal-uragan, bosta partijiet fir-Renju Unit u l-Irlanda se jsofru minn qtugħ fil-provvista tal-elettriku, mewġ qawwi u periklu kbir għal min joħroġ barra.

Il-linji tal-ajru Ryanair u Aer Lingus ikkanċellaw numru ta’ titjiriet minħabba l-maltemp.

Ir-Renju Unit ilu ma jesperjenza maltemp qawwi bħal dan mill-1987, meta kien hemm l-hekk imsejħa “Il-Maltempata l-Kbira”, li kienet ħalliet tmintax-il persuna bla ħajja.

Eluf isemmgħu leħinhom dwar l-abort fl-Irlanda

Għexieren t’eluf ta’ persuni ħadu sehem f’dimostrazzjoni fil-kapitali Irlandiża biex isemmgħu leħinhom għall-bidla fil-liġijiet tal-abort.

The March for Choice” hija l-ewwel dimostrazzjoni li qed issir f’Dublin minn meta l-Prim Ministru Irlandiż qal li jrid jagħmel referendum dwar l-abort fis-Sajf li ġej.

Il-liġijiet tal-abort fl-Irlanda huma fost l-iżjed stretti fl-Ewropa; bit-terminazzjoni ssir biss f’każijiet meta ħajjet l-omm tkun f’riskju.

Madanakollu huma eluf in-nisa li kull sena jsiefru barra mill-pajjiż biex jagħmlu abort, u l-piena massima t’abort illegali fl-Irlanda hija t’14 –il sena ħabs.

Il-Maltin fil-Kickboxing b’opportunitajiet barra minn xtutna

Anki jekk mhuwhiex sport li jingħata pubbliċità daqs dixxiplini sportivi oħra bħall-futbol, il-kickboxing qed jikber ferm f’pajjiżna, u l-opportunitajiet – anki barra minn xtutna – ma jonqsux.

Tkellimna mal-kowċ tal-kickboxing Alan Borg, li ilu jippratika dan l-isport sa mill-2001, u wasal Malta ftit tal-jiem ilu minn esperjenza ta’ taħriġ fir-Repubblika Ċeka.

Esperjenza li hija biss ħolqa minn katina t’opportunitajiet barra minn xtutna, hekk kif fix-xhur li ġejjin grupp ta’ Maltin se jerħula lejn Bristol biex f’Settembru jirrapreżentaw lil pajjiżna fil-WUMA World Championship.

Aqra aktar

Send this to a friend