irkant – One News

Notifiki

Ixtri biċċa arti u għin lill-Malta Community Chest Fund

75 biċċa tal-arti se jkunu irkantati fl-24 ta’ Novembru fil-Palazz San Anton. Dan waqt l-irkant tal-Malta Community Chest Fund, bil-fondi miġbura jmorru kollha b’risq dawk li huma fil-bżonn.

L-irkant sar avveniment annwali, u jifforma parti mid-diversi attivitajiet li jilħqu l-qofol tagħhom l-għada tal-Milied waqt l-Istrina.Aqra aktar

Il-karozzi tal-Presidenza Maltija f’irkant b’risq il-MCCFF

Fi tmiem tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Muscat Motors, li huma l-aġenti uffiċjali tal-BMW f’Malta, ħa jkunu qed jirkantaw it-tmenin karozza li qed jintużaw fil-Presidenza u jagħtu l-profitt kollu b’risq l-MCCFF. Dawn il-karozzi jikkonsistu f’40 karozza tat-tip “5 series” u 40 karozza tat-tip “4 series.” Dan ħabbru s-Sur Hugh Mercieca waqt it-tnedija ta’ din l-inizjattiva fil-Palazz Verdala.

Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg, li min-naħa tiegħu rringrazzja lil Muscat Motors kemm tal-kollaborazzjoni tagħhom tul il-Presidenza, u talli qed jagħmlu dan il-ġest. Aqra aktar

Tinbiegħ arma letali: it-telefon ta’ Hitler. Prova aqta kemm xtrawh!

Telefon li kien juża Adolf Hitler fit-tieni gwerra dinjija għadu kemm inxtara għas-somma ta’ $243,000 (kważi €229,000) fl-Amerka.

L-identità ta’ min xtara dan it-telephone bl-irkant f’Chesapeake City, Marlyand, ma tistax tkun żvelata. Huwa telefon aħmar, b’isem il-mexxej nazzist minqux fuqu, u nstab f’moħba f’Berlin fl-1945.

Suldati Sovjetiċi taw dan it-telephone lill-uffiċjal Inglia Sir Ralph Rayner bħala souvenir, ftit wara li l-Ġermanja rtirat. Uffiċjali fil-post fejn sar l-irkant iddeskrivew dan it-telephone bħala għodda tal-qerda tal-massa. Kien jintuża biex Hitler jagħti ordni biex jinqatlu eluf ta’ ħajjiet.

Intant xi ħadd ieħor xtara statwa tal-porċellana li kienet ta’ Hitler. L-istatwa ta’ kelb tat-tip Alsatian marret għas-somma ta’  $24,300.

Send this to a friend