irġiel – One News

Żewġt irġiel jinstabu mejta f’lukanda f’Manchester

Żewġt irġiel instabu mejta f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Manchester, l-Ingilterra. Wieħed mill-vittmi, li għandu ftit iktar minn 20 sena, jidher li waqa’ milll-għoli fl-lukanda f’Portland Street, u miet fuq il-post.

Iktar tard, il-Pulizija sabet il-katavru tat-tieni raġel f’kamra fil-lukanda Brittania.

It-toroq fil-viċinanzi tal-lukanda bħalissa jinsabu magħluqa għat-traffiku sakemm il-Pulizija tinvestiga dan il-każ.

 

Serqa minn Ħaż-Żabbar – żagħżugħ minn Ħal Tarxien taħt xokk

Ilbieraħ fl-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija seħħet serqa fi Triq il-Kbira f’Ħaż Żabbar.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li żewġt irġiel, li kienu mgħammda u libsin hoodie, daħlu f’stabiliment tal-logħob u wara li aggredew lill-impjegat, serqu xi flus.

L-impjegat, ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien, ittieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Playboy? Jaf għandek problema psikoloġika

Psikoloġisti li qed iħarsu lejn informazzjoni miġbura tul dawn l-aħħar għaxar snin dwar 20,000 raġel sabu li dawk li jippreferu li jkollhom aktar poter min-nisa u li jħobbu l-attitudni ta’ playboy ta’ spiss  għandhom probabbiltà akbar li jsofru minn problemi psikoloġiċi. B’attitudni ta’ playboy fissru  bniedem li jemmen li ħafna iriduh, li jieħu gost kbir fil-preżenza femminili u li jdejqu l-irbit emozzjonali.

Hemm tendenza kbira ukoll li dawn it-tip ta’ nies ma jfittxux l-għajnuna.

L-informazzjoni ġiet ippubblikata din il-ġimgħa fil-Journal of Counseling Psychology, li ħares lejn studju mwettaq bejn l-2003 u l-2013. Il-parteċipanti kellhom minn  tnax-il sena sa ‘l fuq minn 65 sena.

Aqra aktar

Fartas? Tinkwieta xejn

Rapport estensiv fuq is-sit elettroniku tal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC ġibdilna l-attenzjoni. Ir-rapport jagħti ħarsa lejn l-irġiel li tilfu xagħarhom, u jibda b’riċetti li kienu jużaw fil-passat bit-tama li dan jerġa’ jikber. Il-Vikingi kienu jużaw il-ħmieġ tal-ħamiem, l-Eġizzjani ix-xewk tal-qanfud imħallat bl-għasel, u ħafna stramberiji oħra.

Ċesri, id-dittatur Ruman, mistgħaġbin kemm kien jipprova jġib xagħaru lura, tant li kien jilbes girlanda tal-weraq madwar rasu mingħajr qatt ma jfalli.

Socrates, Napuljun, Aristotli, Ghandi, Darwin, Churchill, Shakespeare, Hippocrates u ħafna, ħafna Maltin u Għawdxin: kollha bla xagħar.

Skont  il-BBC, ta’ kull sena jintefqu $3.5 biljun madwar id-dinja, bit-tama li min ikun waqalu xagħaru, jerġa’ jtellgħu. Jiġifieri aktar mill-baġit nazzjonali tal-Maċedonja u aktar minn kemm jintefaq minn awtoritajiet biex ifejqu l-malarja.

 Kellu jkun dermatologu Franċiż li fl-1897 ħoloq kjass sħiħ, meta ddikjara li sab x’inhu dak li jwaqqa’ x-xagħar: tip ta’ mikrobu. Illum mhux biss nafu li dan mhux minnu.

Nafu wkoll fatti oħra.

Aqra aktar

Raġel? Aqra sew!

Taħsbu li għadda ż-żmien meta l-gwardarobba tal-mara tkun tliet darbiet ikbar minn dik tar-raġel? Milli nistgħu ninnotaw, l-irġiel illum saru jagħtu każ id-dehra tagħhom daqs, jekk mhux aktar, minn-nisa.
L-ajru kull ma jmur dejjem jisħon. Għalhekk ġietna l-kurżità nistaqsu x’inhuma l-aktar trends li spikkaw fost il-kollezzjonijiet tal-irġiel għas-sajf li ġej.

Aqra aktar