Iraq | One News

Notifiki

“Li ġarrabt jien fl-Iraq, ġarrbu l-bużnannu f’Somme”- suldat jgħid li ħajtu fil-militar kienet eku tal-ġenerazzjoni ta’ qablu fl-Ewwel Gwerra Dinjija

Liam Young għandu 32 sena, u huwa t-tielet minn ġenerazzjoni sħiħa ta’ familja li servew fil-militar. Bużnannuh iġġieled fl-Ewwel Gwerra Dinjija u tilef ħajtu waqt il-battalja ta’ Somme.

Young tneħħa mill-militar f’Jannar tal-2014, u issa, għall-ewwel darba qed jitkellem mal-midja dwar kemm l-esperjenza tiegħu hija eku ta’ dak li għadda minnhu ta’ qablu fit-tajn ta’ Somme.

F’intervista esklussiva ma’ Sky News, Young spjega kif qatt, qabel issa, ma apprezza il-kundizzjonijiet li issa qed jgħix fihom f’daru fl-Ingilterra.

“Ma nistax ma naħsibx jekk il-bużnannu għaddiex mill-istess emozzjonijiet waqt il-Gwerra l-Kbira. Il-militar huwa f’demmi, wara kollox”, qal iż-żagħżugħ, li żied jgħid li kull ma għandu biex ifakkar lil bużnannuh hija kollezzjoni ta’ ritratti antiki.Aqra aktar

L-Iraq ħabbar li l-gwerra kontra l-Istat Islamiku ntemmet

Il-Prim Ministru, Haider al-Abadi qal li t-truppi Iraqqini issa għandhom kontroll assolut tal-fruntiera bejn l-Iraq u s-Sirja.

Iż-żona tal-fruntiera kienet tinkludi l-aħħar ftit żoni miżmuma mill-Istat Islamiku, wara li tilfu l-belt ta’ Rawa f’Novembru.

Din l-aħbar waslet jumejn wara li l-militar Russu ddikjara li lesta l-missjoni li jegħleb l-Istat Islamiku fis-Sirja.

Ġurnalist Franċiż u ieħor Iraqin maqtula f’Mosul

Ġrunalist Franċiż u ieħor Iraqin sfaw maqtula wara splużjoni fil-belt Iraqina ta’ Mosul.

Stephan Villeneuve u Bakhtiyar Haddad kienu qed jirrapportaw dwar l-avvanz tal-forsi Iraqini fil-ġlieda kontra l-militanti tal-Istat Islamiku.

Żewġ ġurnalisti Franċiżi ndarbu waqt dan l-inċidetn, b’wieħed minnhom indarab b’mod serju.

 

Maqtula 231 persuna li kienu qed jippruvaw jaħarbu l-gwerer f’Mosul

In-Nazzjonijiet Maqgħuda rċeviet informazzjoni li 231 persuna mill-Iraq inqatlu mill-Istat Islamiku waqt li kienu qed jippruvaw jaħarbu mill-gwerrer li għaddejin f’Mosul, tul dawn l-aħħar ġimgħat.

Minn tal-inqas 204 persuna hu maħsub li nqatlu b’tiri minn militanti waqt li kien għaddej il-ġlied mal-forzi tas-sigurtà tal-Iraq fid-distrett Shifa l-Ħamis u s-Sibt li għadda.

Hemm ukoll rapporti li bejn 50 u 80 persuna nqatlet minn attakki tal-ajru fiż-żona ta’ Zanjili fil-31 ta’ Mejju.

 

Karozza bomba quddiem ħanut tal-ġelati toqtol għaxar persuni

Karozza bomba splodiet quddiem ħanut li jbiegħ il-ġelati fil-kapital tal-Iraq, Baghdad, fejn ħalliet minn tal-inqas għaxar persuni mejta u bosta oħra midruba.

L-attakk seħħ fid-distrett ta’ Shia Muslim Karrada fejn grupp ta’ persuni kienu qed ‘jiksru s-sawm li sippost qed jagħmlu għaż-żmien tar-Ramadan.”

L-Istat Islamiku sostna li l-mira ta’ dan l-attakk kienu grupp ta’ Shia, persuni li l-IS tqis bħala nies li jabbandunaw it-twemmin tagħhom.

Jisplodu lilhom infushom f’kamp tar-refuġjati

Aktar minn 30 persuna tilfu ħajjithom wara li nqatlu mill-Istat Islamiku, Daesh, wara li numru ta’ militanti splodew lilhom infushom f’kamp tar-refuġjati qrib il-fruntieri tas-Sirja mal-Iraq.

Il-militanti tal-grupp kienu qed jimmarkaw li jolqtu kamp tar-refuġjati ta’ persuni li qed ifittxu refuġju li ġejjin mis-Sirja u mill-Iraq, f’Raji al-Salibi, qrib il-villaġġ ta’ Shaddadi fil-provinċja Hassakeh.

Aqra aktar

Send this to a friend