iphone – One News

Notifiki

Jintbagħat 12-il xahar ħabs wara li seraq iPhone

Raġel Barrani ta’ 23 sena ntbagħat 12-il xahar priġunerija wara li wieġeb ħati li t-Tlieta fis-6 ta’ filgħodu seraq iPhone mingħand persuna fil-bajja ta’ San Ġorġ.  L-ispettur Xerri spjega kif l-arrest sar wara li l-vittma għamlet rapport li persuna li kienet talbitha sigarett spiċċat serqitilha l-mobile.  Mal-arrest fuq il-persuna tal-akkużat instabu żewġ mobiles b’wieħed minnhom ikun l-iphone tal-vittma. Aqra aktar

Apple titlob apoloġija għan-nuqqas t’effiċjenza f’mudelli antiki tal-iPhones

L-iPhone tiegħek naqsitlu l-effiċjenza u taħseb li għandu problemi fil-batterija?

Issa tista’ tikkonferma li d-dubji tiegħek huma verità hekk kif il-kumpanija rinomata Apple ħarġet b’apoloġija wara li kienet qed taffaċċja skrutinju kbir rigward għajdut li l-kumpanija nnifisha kienet qed tnaqqas l-effiċjenza ta’ mudelli antiki tal-iPhone.

Aqra aktar

Jiġi mniedi l-iPhone ‘X’

Propju lbieraħ ġie mniedi l-aktar mudell riċenti tal-Iphone mill-kumpanija multinazzjonali Amerikana Apple.

Il-kap tal-Apple Tim Cook iddikjara l-iPhone X bħala “l-akbar qabża’ l quddiem mill-ewwel iPhone” fl-aħħar wirja ta’ tnedija li għalihom hija tant magħrufa l-kumpanija li tagħha huwa kap.

Aqra aktar

Erba’ saqajn u TMIEN iPHONES!

Min qed jagħmel sigħat fil-kju bit-tama li jakkwista wieħed, u min lanqas biss għandu bżonnu, u għandu tmienja!

Qed nitkellmu dwar Coco, il-kelb li jista’ jkun huwa fost l-iktar imfissda madwar id-dinja.

Apparentament, Coco ingħata tmien iPhone7 minn sidu bħala rigal. Sidu huwa l-unika wild tal-iktar raġel sinjur fiċ-Ċina: Wang Jianlin, li għandu valur ta’ madwar £23 billion.

Dawn ir-ritratti ħarġu fuq il-mezzi soċjali Ċiniżi. Coco ma tantx jidher se jtir bil-ferħ! Fosi għax Coco diġa’ għandha ħafna ġugarelli teknoloġiċi, inkluż żewġ arloġġi tal-Apple.

Aqra aktar

Send this to a friend