Investiment | One News

Notifiki

Tinvesti miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjni

Il-Kumpanija Abertex, li timmanifattura komponenti tal-batteriji tal-karozzi, għaddejja b’investiment ta’ miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fil-portafoll tal-klijenti tagħha, Abertex għandha kumpaniji kbar fid-dinja fil-qasam tal-karozzi fil-Ġermanja u fil-Ġappun BMW fosthom Toyota u Volkswagen.

Il-kumpanija bdiet topera f’Kordin b’żewġ ħaddiema Ġermaniżi u illum espandiet u qed tħaddem 150 ħaddiem f’fabbrika fil-Mosta Technopark. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fil-fabbrika bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem, ingħad li fl-aħħar ħames snin il-kumpanija investiet €10 miljun, tant, li rduppjat il-ħaddiema.Aqra aktar

Għaddej ġmielu x-xogħol ta’ rinovar fl-Isptar Monte Karmeli

B’investiment ta’ €30 miljun għaddej ġmielu x-xogħol ta’ rinovar u tisbieħ fl-Isptar Monte Karmeli. Xogħol bżonnjuz ħafna hekk kif f’25 sena ma sarx investiment, u Monte Karmeli tħalla fi stat ta’ abbandun u disastruż, li ma jagħtix dinjità lill-pazjenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Monte Karmeli, Stephen Sultana tkellem dwar dan l-investiment li ser isir fuq mhedda ta’ ħames snin fl-isptar kollu. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-sala li kienet tintuza għal-Physio Ward. Sala li se tilqa fiha pazjenti, sabiex jittranġaw is-swali l-oħra.Aqra aktar

Standard & Poor’s tikkonferma s-sostenibbiltà finanzjarja tal-Enemalta

Analisti tal-aġenzija Standard And Poors affermaw l-isforzi li qed twettaq l-Enemalta biex tipprovdi prezz raġonevoli u sigurtà fil-provvista tal-elettriku waqt li tiżgura s-sostenibbiltà ambjentali u finanzjarja tas-servizzi tal-elettriku f’Malta. Fl-aħħar analiżi tagħha, l-aġenzija tal-kreditu kkonfermat il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-livell ta’ BB- bi prospetti stabbli. Aqra aktar

Investiment ta’ nofs miljun ewro għal aktar effiċjenza fil-Qrati

B’investiment ta’ nofs miljun ewro nbidlet is-sistema tal-informatika kollha tal-Qrati Maltin. Bil-għan li s-servizz tal-ġustizzja jkun wieħed aktar effiċjenti.

Dan sar sabiex it-tliet binjiet tal-qorti, dik prinċipali fi Triq ir-Reppublika, tal-Familja u ta’ Sir Thomas Moore fi Strada Stretta issa ingħaqdu flimkien. Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Direttur Ġenerali tal-Qorti s-Sur Frankie Mercieca, l-Ministru Owen Bonnici u l-Prim Imħallef Joe Azzopardi. Aqra aktar

Titnieda pubblikazzjoni li se tiffaċilita l-mod kif Kunsill Lokali japplika għall-Fondi Ewropej

Tnieda fuljett għall-Kunsilli Lokali sabiex ikun aktar faċli għalihom li japplikaw għall-fondi Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, spjega kif din il-pubblikazzjoni fiha ġabra sħiħa ta’ opportunitajiet ta’ Fondi Ewropej li minnhom jistgħu jibbenefikaw il-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

Send this to a friend