intraprizi – One News

Notifiki

Titnieda l-iskema ‘BSecure’ biex intrapriżi Maltin ikunu protetti minn attakki diġitali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali, Silvio Schembri, nieda l-iskema B SECURE għall-Intrapriżi Maltin, skema b’investiment ta’ €250,000 mill-Gvern lejn is-settur privat biex itejjeb l-istrutturi diġitali tal-kumpanija biex ikun aktar sigur minn attakki diġitali.

Kull erbatax-il sekonda, kumpanija minn madwar id-dinja tiġi attakkata b’mod diġtiali. L-attakki diġitali huma realtà li l-intrapriżi qed jaffaċjjaw, anke intrapriżi Maltin. Minkejja dan mhux kull kumpanija tinvesti f’mezzi ta’ sigurtà minn dawn l-attakki.Aqra aktar

Pjan ħolistiku għall-immaniġġjar tad-data bħala ass għall-intrapriżi

Bħala parti mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, Malta qiegħda tospita s-Semantic Interoperability Conference dwar id-data u l-immaniġġjar tal-informazzjoni. Il-konferenza qiegħda tiġi organizzata b’kollaborazzjoni bejn il-Programm ISA tal-Kummissjoni Ewropea u l-MITA.

Waqt li indirizza l-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri qal li Malta qiegħda tistabbilixxi pjan ħolisitiku dwar l-immaniġġjar tad-data bħala ass għall-intrapriżi.
Aqra aktar

Aktar investiment fl-innovazzjoni jista’ jagħti spinta lil Għawdex

“Investiment akbar fl-innovazzjoni jista’ jgħin lil Għawdex jegħleb iċ-ċirkostanzi speċifiċi li jiffaċċjaw kawża tal-insularita doppja.” Sostniet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli waqt żjara li għamlet f’Għawdex fejn iltaqgħet ma’ rappreżentanti ta’ imprendituri li għandhom pjanijiet biex fix-Xewkija Għawdex jiġi żviluppat kumpless b’investiment ta’ madwar €12-il miljun. Dan l-investiment mistenni jattira niċċa ġdida ta’ turiżmu magħruf bħala turiżmu gastromiku u għandu jkun ta’ għajnuna għar-raħħala u bdiewa li jridu jibqgħu kompetittivi fid-dinja agrikola.

Aqra aktar

Send this to a friend