INTERVISTA | One News

Notifiki

“22 sena ngħix fil-vjolenza domestika”-Cliff Zammit Stevens

“Għal 22 sena għixt l-abbuż tal-vjolenza domestika fejn ma’ kull jum li jgħaddi, l-abbuż isir agħar u tispiċċa tibda temmen li dik hija r-realtà tiegħek.”  Hekk saħaq ma’ One News it-tenur żagħżugħ Cliff Zammit Stevens fejn irrakkonta kif hu flimkien ma’ ħuh sfaw vittmi ta’ din il-pjaga soċjali.

Minkejja li kienet ommhom Marcelline li mietet ftit tax-xhur ilu li kienet qed taqla’ s-swat mingħand ir-raġel tagħha kif ukoll mis-sieħeb li kellha, dan ħalla impatt fuqhom ukoll.Aqra aktar

“NINGĦAQDU BIEX NGĦIDU L-VERITÀ” – JOSEPH MUSCAT

F’intervista fuq ONE Radio Joseph Muscat tkellem dwar il-ħtieġa li l-poplu jkun magħqud. Mhux biex ma jkunx hemm il-kritika, iżda biex wieħed jagħraf jgħid il-verità. Meta kien qed jitkellem dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li seħħ nhar it-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru tenna l-impenn tal-gvern li ssir ġustizzja.Aqra aktar

Intervista ma’ Joseph Muscat; Lejn l-Aqwa Żmien

Ftit jiem biss qabel il-poplu jmur jivvota fl-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem mal-gazzetta KullĦadd dwar id-deċiżjoni li jsejjaħ elezzjoni għat-3 ta’ Ġunju, il-kampanja elettorali sa issa u l-proposti ewlenin għal-leġiżlatura li jmiss li għandu l-iktar għal qalbu. Din hi l-intervista li dehret dalgħodu. 
Aqra aktar

Waqt li qed iwiegħed qed ikompli jwettaq

“Matul din il-kampanja elettorali bdejna b’85% tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista mwettaq, illum nista’ ngħid li 90% tal-manifest twettaq.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista fuq ONE RADIO li matula spjega li l-ħidma tal-Gvern ma waqfitx tul dawn il-ġimgħatejn u li issa l-maġġoranza assoluta tal-wegħdi li l-Partit Laburista għamel fl-2013 ġew imwettqa fi żmien erba’ snin.

Iżda l-Prim Ministru tenna li n-nies, dan il-Moviment mhux qed jgħidilhom biex jivvotaw biss għax il-Partit Laburista jwettaq dak li jwiegħed iżda għax qed ipoġġi quddiem il-poplu proposti costed u kredibbli.

Aqra aktar

FILMAT: Kollox bil-barka ta’ Busuttil

Simon Busuttil jifhem preċiżament lil Salvu Mallia. Hekk wieġeb meta mistoqsi dwar it-tgħajjir tal-kandidat tiegħu fil-konfront ta’ diversi persuni. Qal dan f’intervista ma’ The Malta Independent saħansitra anke meta mistoqsi dwar tgħajjir tal-kandidat tiegħu fil-konfront ta’ persuni oħra, bħal meta għajjar “qaħba” lill-Ministru Helena Dalli. Ma’ The Malta Independent, Busuttil iddefenda wkoll lil Beppe Fenech Adami u Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

John Cauchi deċiż – u jgħid tiegħu lil Bloomberg

F’lejl frisk Malti, ċertu John Cauchi kien jinsab f’kafetterija (le, mhux is-Serkin) u flimkien ma’ sħabu kien qed jagħmel wieħed mill-aktar passatempi għall-qalbu: jilgħab l-isnooker fl-Anglo Maltese League Club, il-Belt Valletta.

Xejn ta’ barra minn hawn, li kieku ma marrux ikellmuh ta’ Bloomberg.

Aqra aktar

Segwi hawn kliem Joseph Muscat ma’ EURONEWS

Ir-realtà ta’ Brexit qed tolqot lill-Ewropa fil-laħam il-ħaj, u l-kriżi tal-migrazzjoi qed tinħass sew minħabba s-sistema ta’ migrazzjoni li mhix taħdem. Hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-aġenzija tal-aħbarijiet Euronews, qabel is-summit tal-Unjoni Ewropea li se jsir illum f’pajjiżna.

Mexxeja Ewropej se jiltaqgħu u jikellmu dwar il-konsolidazzjoni tal-Ewropa, wara li r-Renju Unit għażel id-divorzju. EuroNews jirrapporta li dawk li se jattendu mistennija jappoġjaw serje ta’ miżuri mmirati li jikkalmaw il-fluss ta’ migrazzjoni mill-kosta Libjana għall-Italja…punt li aċċenna għalih Donald Tusk, kif irrapportajna.

Aqra aktar

Send this to a friend