Internazzjonali | One News - Part 6

Notifiki

L-aħħar wieħed ta’ Juncker

Il-President tal-KE għandu quddiemu State of The Union fi żmien ta’ sfidi kbar…

Nhar l-Erbgħa li ġej il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker se jkun qed jagħmel diskors magħruf bħala State of The Union. Diskors maħsub biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea jitkellem fuq l-istrateġija u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Din id-darba d-diskors se jsir fi żmien mhux faċli għall-Unjoni Ewropea u jista’ jkun ukoll wieħed mill-mumenti li jiddefinixxi lil Jean Claude Juncker u t-tmexxija tiegħu hekk kif dan hu l-aħħar wieħed. Huwa wkoll diskors qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla li fuq livell Ewropew mistennija jibagħtu messaġġ ta’ x’direzzjoni jridu ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. It-tema tas-sena l-oħra kienet “Iktar Magħqudin, B’saħħitna u Unjoni Iktar Demokratika”.  F’dak id-diskors kien tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ tiżviluppa sal-2025.Aqra aktar

“Qatt ma tlift it-tama”- Tfajla ta’ 19 tirrakkonta kif raġel qafilha f’kontejner u stupraha għal bosta snin

Tfajla ta’ 19-il sena tkellmet dwar it-trawma li għaddiet minnha mindu kellha biss 14-il sena, wara li nħatfet minn raġel u sfat stupratha u abbużata għal bosta snin.

Nathaniel Kibby, l-aggressur, ħataf lit-tfajla minn fejn id-dar tagħha f’North Conway, New Hampshire, lura fl-2013. Din l-aħbar ħasdet ir-raħel fejn trabbiet it-tfajla, u t-tfitxxija għaliha kienet waħda mill-ikbar li qatt saret f’dan l-Istat.Aqra aktar

45 jingħataw sentenza ta’ mewt fl-Eġittu

L-Eġittu qata’ l-verdett ta’ aktar minn 700 persuna wara protesta paċifika favur fratellanza Musulmana wara li l-President Mohammed Morsi tkeċċa fl-2013. Il-qorti kkonfermat is-sentenzi ta’ mewt ta’ 45 persuna u l-għomor il-ħabs għal 47 persuna oħra, inkluż mexxejja Islamiċi.Aqra aktar

Daqshekk diffiċli ċċedi postok fuq tal-linja?

Diversi persuni qed jappellaw lil dawk kollha li jużaw it-trasport pubbliku biex juru iktar rispett lejn min verament ikollu bżonn ipoġġi bilqegħda fuq karozza tal-linja. Studjlu li sar fl-Ingilterra, li kkunsidra l-imġieba ta’ diversi persuni madwar id-dinja, jgħid li dak li jkun iżomm lura milli jagħmel ġest nobbli fuq it-trasport pubbliku għax jibża’ mill-konsegwenzi.

Kollha kemm aħna xi darba konna fuq xi karozza tal-linja mimlija daqs bajda, u meta persuna waħda tqum, kulħadd għal fuq xulxin jipprova jirbaħ is-siġġu vojt. Jekk allaħares tinzerta tkun int ir-rebbieħ, lesti ruħek għall-ħars bl-ikrah.Aqra aktar

Imut l-attur Burt Reynolds

L-attur Burt Reynolds, li kien fl-aqwa tal-karriera tiegħu fil-films fis-snin 70, miet ilbieraħ. Huwa kellu 82 sena.

Qed ikun irrappurtat li tilef ħajtu fi sptar fl-Istat Amerikan ta’ Florida wara li sofra minn attakk tal-qalb.Aqra aktar

Send this to a friend