Internazzjonali | One News - Part 5

Notifiki

“Kif irnexxieli naħrab mill-81 sular tal-World Trade Centre”

Il-11 ta’ Settembru 2001 biddel kollox. Biddel ir-relazzjonijiet diplomatiċi tal-Istati Uniti mal-bqija tad-dinja. Biddel l-oqsma tax-xandir u l-ġurnaliżmu, iżda fuq kollox biddel ħajjet diversi persuni li tilfu qraba f’dan l-attakk imdemmi, jew dawk l-“ixxurtjati” li b’xi mod, irnexxielhom jaħarbu mit-tifrik tal-World Trade Centre.

Tul dawn l-aħħar 17-il sena kienu diversi r-rakkonti dwar dan l-attakk. Min irrakonta kif tilef lil żewġu qalb dik il-biċċerija tad-demm, ħaddiema tas-salvataġġ jirrakkuntaw kif irnexxielhom isalvaw diversi persuni, u saħansitra ħaddiema tal-World Trade Centre stess irrakkontaw mal-midja kif irnexxielhom jaħarbu.

Din hija l-istorja ta’ Michael Wright, ħaddiem fil-World Trade Centre, li 17-il sena wara, għadu ma jafx għandux ikun grat li rnexxielu jaħrab mill-attakk, jew jisħet xotrih minħabba t-trawma li għadu jġorr miegħu sal-lum…

“Kien nhar ta’ Tlieta pjuttost normali. Is-soltu nhar ta’ Tlieta konna nieħdu kolazzjon flimkien fl-uffiċċju, u nirrankaw naħdmu. Niftakar kelli burdata tajba.

F’daqqa waħda ħassejna bħal terremot…Aqra aktar

Bil-Filmat: Sospiż u mkeċċi wara li għafas il-brejk tar-rivali tiegħu

Is-sewwieq tal-MotoGP Romano Fenati ġie kkundannat minn diversi esponenti u segwaċi tal-isport ta’ fuq żewġ roti wara li fit-tellieqa tal-Moto2 ilbieraħ, Fenati afas il-brejk tar-rivali tiegħu Stefano Manzi waqt battalja għall-pożizzjoni meta t-tnejn li huma kienu għaddejjin b’veloċita ta’ iżjed minn 200 kilometru fis-siegħa. Fortunatament Manzi ma waqax minn fuq il-mutur tiegħu.Aqra aktar

Akkużat bil-qtil ta’ familtu

Fl-Awstralja, raġel ta’ 24 sena qed jiġi akkużat bil-qtil tal-familja tiegħu wara li f’daru instabu ħames katavri fosthom dawk ta’ omm u tlett itfal bil-belt ta’ Perth.

Huwa rrappurtat li l-katavri ta’ tewmin bniet ta’ sentejn, tifla oħra ta’ tliet snin u nofs, ommhom u nannithom instabu lbieraħ.Aqra aktar

Arrestat għax ħa l-kolazzjon ma’ mara…

Eġizzjan li kien fuq btala fl-Arabja Sawdija spiċċa arrestat wara li ħa l-kolazzjon ma’ mara f’post pubbliku.

Fuq ritratt li l-povru raġel tefa’ fuq instagram, jidher li l-mara kienet liebsa burka, kif inhi t-tradizzjoni fil-pajjiż.

L-Eġizzjan ma kienx jaf li fl-Arabja Sawdija, irġiel li m’humiex miżżewġa ma jistgħux ipoġġu ħdejn nisa jew familji f’ristoranti jew kafetteriji pubbliċi.Aqra aktar

“Att suwiċidali”

L-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskriva l-pjan ta’ Theresa May għal Brexit bħala att suwiċidali fuq ir-Renju Unit, għaliex qed tħalli f’idejn Brussell għan-negozjati.Aqra aktar

Elezzjoni Ġenerali fl-Iżvezja

Il-poplu Żvediż mistenni jivvota fl-elezzjoni ġenerali, b’kampanja li kienet iddominata partikolarment mill-partit kontra l-immigrazzjoni.
Mis-sondaġġi jidher li l-Partit tad-Demokratiċi żvediżi għandu 20% appoġġ u mistenni jiġi fit-tieni post, tmien snin wara li daħal fil-parlament. Aqra aktar

Send this to a friend