Internazzjonali | One News - Part 3

Notifiki

“Kapaċi nsiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ma tantx ħalla impressjoni tajba fuq żagħżugħ li lmenta li qed isibha diffiċli biex isib xogħl f’pajjiżu.

Waqt laqgħa’ pubblika f’Pariġi llum, il-ġuvni qallu li applika għal bosta xogħlijiet u ma sabx ix-xorti, iżda Macron ma qabilx miegħu. “Kapaċi insiblek xogħol billi sempliċiment naqsam it-triq”, insista l-President.Aqra aktar

Daqshekk Beetles fit-toroq!

Il-Produtturi Ġermaniżi tad-ditta Volkswagen se jwaqqfu l-produzzjoni tal-karozza Beetle, wara li l-bejgħ ta’ din il-karozza sofra daqqa ta’ ħarta partikolarment fis-suq Amerikan. Il-Beetle hija waħda mill-iktar karozzi ikoniċi tal-aħħar seklu, speċjalment wara s-sensiela ta’ Disney ‘Herbie’.Aqra aktar

“Min hi dik il-ħoxna li hemm fuq il-palk?”

L-attriċi Ingliża Carrie Hope Fletcher bħalissa qed tati spettaklu mill-aqsa fil-Musical Heathers fuq il-palk tal-West End f’Londra. Iżda l-irwol tagħha ġab miegħu baraxx ta’ kummenti xejn sbieħ fuq is-sbuħija u l-ħxuna tal-attriċi.

“L-ewwel kumment li rajt kien: Min hi dik il-ħoxna u l-kerha li hemm fuq il-palk? X’ġabuha jagħmlu?”, stqarret Fletcher. Dan il-kumment weġġa’ sew lill-attriċi, tant li kienet qed tikkunsidra li tmur lura mid-deċiżjoni tagħha li taħdem f’dan l-ispettaklu.Aqra aktar

Tel Aviv il-belt magħżula biex tilqa’ l-Eurovision 2019

Tel Aviv hija l-belt li se tilqa’ l-Eurovision Song Contest li ġej.

Wara stennija twila ta’ ġimgħat li fihom kienet qed tikber l-inċertezza dwar fejn se jsir il-Eurovision Song Contest, l-European Broadcasting Union (EBU) ħabbret li l-Eurovision se jsir f’Tel Aviv nhar l-14, is-16 u t-18 ta’ Mejju li ġej.

Kien hemm mistoqsijiet kbar dwar id-data tal-finali tal-Eurovision hekk kif ġimgħa wara, diversi pajjiżi parteċipanti fil-Eurovision se jkunu għaddejin bl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.Aqra aktar

Mara tqila ssib far mejjet fis-soppa

Mara tqila kellha esperjenza mhux tas-soltu f’ristorant popolari tal-ikel ċiniż, meta f’platt soppa sabet far mejjet.

Ir-ristorant issa tilef mal-$190miljun wara diversi ritratti tal-far spiċċaw fuq l-internet. Ir-ristorant ġie sospiż mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-provinċja ta’ Shandong fiċ-Ċina.Aqra aktar

Iktar inkwiet fl-Istati Uniti minħabba l-Urugan Florence

L-Urugan Florence issa niżel għall-kategorija TWO STORM, madankollu l-uffiċjali fl-Istati Uniti xorta waħda wissew li jista’ jkun hemm ċans li jseħħ diżastru.  Minkejja li l-qawwiet ta’ riefnu niżel għal 175km fis-siegħa, dan xorta waħda jista jwassal għall-għargħar katastrofiku minħabba li l-maltemp ikun ilu jġebbed għal aktar jiem.Aqra aktar

Send this to a friend