Internazzjonali – Page 21 – One News

Notifiki

Meta bewsa tibdel kollox

Tgħanniqa u bewsa bejn żewġ uffiċjali tal-pulizija ġibdet l-attenzjoni tal-bosta matul Pride Parade li saret Londra.

Kien propju matul din il-parade li quddiem eluf ta’ nies, pulizija saqsa lis-sieħeb tiegħu biex jiżżewġu. Il-filmat ta’ dan il-mument inxtered fuq is-siti soċjali Twitter u Facebook li saħansitra rawh aktar minn 14-il miljun ruħ.

Aqra aktar

Tarbija li twieldet b’ 31 saba’

Tarbija ta’ 4 xhur bl-isem ta’ Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b’31 saba’.

It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism. Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b’ iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children’s Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.

Aqra aktar

Ażil: reviżjoni fis-sistema ta’ talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret numru ta’ proposti ġodda għal riforma fis-sistema ta’ talbiet għall-ażil li jużaw pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan b’reazzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni, speċjalment fid-dawl tad-diffikultajiet li ilhom iħabbtu wiċċhom magħhom pajjiżi bħall-Greċja u l-Italja. Pajjiżi li jkollhom jilqgħu eluf ta’ persuni li jaslu mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika.

Il-Kummissjoni identifikat ħames oqsma ta’ prijorita’, fejn is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil għandha titjieb.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, Dimitris Avramopoulos, wiegħed is-support tiegħu. Fost il-proposti hemm dik li l-Unjoni Ewropea jkollha sistema bbażata skont kemm il-pajjiż partikolari jkun jiflah jilqa’ persuni.

Send this to a friend