instagram | One News

Notifiki

Conor McGregor kuntent li sab ruħu fuq karru tal-Karnival Malti

Karru tal-karnival Malti ġibed l-attenzjoni tal-istilla Irlandiża fl-arti marzjali fil-UFC, Conor McGregor.

Dan hekk kif fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, McGregor xerred ritratt fuq il-profil tiegħu fuq is-sit soċjali Instagram b’karru tal-karnival Malti fil-Furjana.

The Notorious One kien wieħed mill-figuri prominenti fuq l-istess karru.

Fil-kumment tiegħu McGregor rringrazzja lill-Malta u saħansitra ta’ ħjiel li ser iżur pajjiżna fil-futur qarib.

Karnival Malti jagħmlu karru ta' Conor McGregor
Il-“post” ta’ Conor McGregor b’reazzjoni għall-karru tal-Karnival Malti

Il-fundaturi ta’ Instagram jirriżenjaw

Il-fundaturi ta’ Instragram, Kevin Systrom u Mike Krieger, ħabbru li se jitilqu mis-sit tal-midja soċjali biex ikomplu jesploraw il-kreattività u l-kurżità tagħhom. Jidher ukoll li kien hemm xi tensjoni bejn il-fundaturi ta’ Instagram u  t-tmexxija ta’ Facebook.  Instagram inxtara minn Facebook lura fl-2012 għall-prezz ta’ $1bn. Aqra aktar

Mudell internazzjonali b’reklam għal Malta

Dean Pelic – żgur li mhux isem ġdid għal dawk li għandhom għal qalbhom id-dinja tal-moda jew li jużaw Instagram b’mod regolari.

Dan hekk kif dan il-mudell Kroat għandu mal-47,000 follower fuq Instagram u huwa popolari madwar id-dinja kollha. Dan mhux għax biss huwa mudell internazzjonali iżda għax huwa preżentatur, attur u saħansitra jikteb il-kotba.

Aqra aktar

Justin Bieber lura fuq Instagram!

Justin Bieber, l-artist famuż mondjali, irritorna lura fuq Instagram wara li lura f’Awwissu kien neħħa l-profil tiegħu kawża ta’ bullying li beda jsir fil-kummenti fuq l-eks għarusa, Sofia Richie.

Fost il-persuni li bdew jikkummentaw kummenti mhux xierqa fuq ir-ritratti tiegħu f’Awwissu kien hemm ukoll l-eks għarusa tiegħu Selena Gomez, fejn f’kumment minnhom allegat li hu kien biddilha ma’ mara oħra.

Aqra aktar

Il-maltemp iwaqqaf l-attivitajiet tal-Milied

Ninsabu eżatt ġimgħa qabel il-Milied u l-atmosfera taċ-ċelebrazzjonijiet tibda tirranka. Iżda illum iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom ikunu sospiżi ħesrem, minħabba t-temp ikrah li laqat lill-gzejjer Maltin u Għawdxin.

Kienu bosta l-villaġġi tal-Milied madwar Malta li żżarmaw, u attivitajiet, anka filantropiċi li tħassru. One News żar uħud minn dawn il-lokaltajiet, fejn sfortunatament minflok l-innijiet tal-Milied smajna ħoss ieħor, dak tar-riħ qawwi jvenven.

Aqra aktar

Send this to a friend