Inspire – One News

Notifiki

Imniedi sit elettroniku apposta għal persuni b’diżabilità

Il-fondazzjoni Inspire u l-Fondazzjoni Richmond nedew pjattaforma online, magħrufa bħala Know Your Rights, sabiex persuni b’diżabilità kif ukoll dawk li jieħdu ħsiebhom, ikollhom aktar aċċess sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

F’dan is-sit online, il-persuni b’diżabilità għandhom it-tweġiba għal 78 mistoqsija dwar bosta servizzi li jistgħu jibbenefikaw minnhom fosthom dak ta’ Learning Support Educator.Aqra aktar

“Qatt ma tista’ tifhem lil persuna sakemm timxi fiż-żarbun tagħha”

“Aħna tal-Inspire nemmnu li dan hu punt tajjeb minn fejn nibdew, li jgħinna nieqfu u naħsbu qabel ma nagħtu tikketti, niġġudikaw jew nieħdu xi deċiżjoni. Dan huwa punt tajjeb ukoll minn fejn nistgħu nindirizzaw diskorsi dominanti dwar id-diżabilità, indeboliment (impairment) u issa wkoll ‘disablism’.” Qalet dan Charlene Borg, Parent Relations Manager mal-Inspire pemezz ta’ stqarrija

Ix-xagħar li għadda, l-Inspire stiednet lill-ġenituri għal workshop ta’ ġurnata bl-isem Fiż-żarbun ta’ uliedekDin l-attività seħħet grazzi ghal-Corinthia San Ġorġ li ġenerożitament sponsorjaw l-Inspire. Il-workshop indirizza il-perspettiva tat-tfal fir-rigward ta’ kif huma jgħixu l-isfidi tal-komunikazzjoni u l-impatt li diffikultajiet sensorji jista’ jkollhom fuq it-tfal tagħhom minħabba d-djanjożi ta’ kundizzjoni fuq l-ispettru tal-awtiżmu.

Aqra aktar

Plejers żgħar jilagħbu l-futbol biex jiġbru fondi għall-Inspire

In-Nursery tal-klabb tas-Sliema Wanderers u l-Fondazzjoni Inspire ikkollaboraw flimkien għat-tieni edizzjoni ta’ Come Together Football Tournament – tournament għal plejers żgħar, sabiex jippromwovu l-inklużjoni fis-soċjetà tagħna.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ April 2017, aktar minn 100 plejer żagħżugħ ipparteċipaw fil-festival tal-futbol, li ġie organizzat fil-Kumpless tat-Training tal-Klabb tal-Futbol Sliema Wanderers, f’ Tigne Point, Sliema. Inġabru aktar minn €800, li ngataw bħala donazzjoni lill-Fondazzjoni Inspire.

Aqra aktar

EROJ: li tilef sieq ma waqfitux milli jipparteċipa fil-maratona

Għat-tmien sena, il-Malta Marathon ġibdet l-eluf. Iżda din is-sena, ġibdet l-ikbar numru li qatt ipparteċipaw s’issa. Kienu mill-inqas 4,400 dawk li llum ipparteċipaw fil-half marathon u walkathon.

Dan kollu b’risq il-Fondazzjoni Inspire, li taħdem ma’ tfal u adulti b’diżabiltajiet differenti bħal Down Syndrome, Cerebral Palsy u Awtiżmu. L-Inspire tgħin lil dawn it-tfal jiksbu l-ogħla livell ta’ indipendenza possibbli.

Fost dawk li pparteċipaw, kien hemm Noel Cacciatolo, wieħed mill-klijenti ta’ Inspire, li minkejja li tilef sieq, ipparteċipa fil-maratona.

Aqra aktar

Oġġetti mitlufa fl-ajruport ifissru €9,000 għall-Inspire

Il-punti tas-sigurtà, il-washrooms, u l-boarding gates huma tliet postijiet madwar it-terminal tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn il-passiġġieri l-aktar li jinsew warajhom oġġetti personali.

Filwaqt li l-ajruport jirritorna medja ta’ 750 oġġett li jinstabu fit-terminal lis-sidien tagħhom kull sena, bosta oġġetti oħra jibqgħu ma jiġux klejmjati u eventwalment isibu sidien ġodda waqt l-irkant tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Lost, Found and Auctioned.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Minkejja li tilef siequ se jipparteċipa f’maratona b’risq l-INSPIRE

Noel Cacciatolo tilef riġlu ftit żmien ilu u għalhekk juża siġġu tar-roti. Iżda jispikka l-kuraġġ ta’ dan ir-raġel li minkejja kollox, f’Marzu 2017, se jkun qed jipparteċipa f’maratona b’risq l-Inspire.

L-Inspire Malta spjegat li bis-saħħa tad-determinazzjoni tiegħu, b’fiżjoterapija intensa u volontà inkredibbli biex jgħix, mhux biss irnexxielu jerġa’ jimxi, iżda issa qiegħed jieħu sehem f’attivitajiet li uħud jistgħu jqisuhom bħala sfidi meqjusa bħala impossibbli.
Aqra aktar

Sempliċità mal-Inspire

Wieħed mill-aktar gruppi popolari Maltin, The Travellers, ingħaqad mal-Fondazzjoni Inspire biex jippromwovi messaġġ ta’ kompassjoni u empatija permezz tad-diska popolari Sempliċità.

Il-membri tal-grupp Għawdxi li ngħaqdu fl-2013, qalu li huma ‘grati lill-Inspire għall-esperjenza li huma qasmu magħhom. Il-grupp, flimkien mal-Inspire, ħolqu vidjo mużikali uniku għad-diska Semplicità, bl-intenzjoni li jippromwovu l-kompassjoni u l-empatija fl-isem tad-diċenza umana.’

Il-vidjo mużikali ġie  ffilmjat kollu fil-bini tal-Inspire f’Marsaskala (li qabel kien magħruf bħala r-Razzett tal-Ħbiberija), u l-membri tal-grupp jidhru jimxu madwar il-bini kollu, jiltaqgħu u jitkellmu mal-klijenti tal-Inspire hekk kif dawn jużaw id-diversi servizzi ta’ terapija u ta’ divertiment li toffri l-Fondazzjoni.

“Il-faqar u l-immobililtà soċjali huma realtà li m’għandniex naċċettaw, u filwaqt li l-ħaddiema tal-Inspire qed jagħmlu kullma jistgħu biex ibiddlu dan, huma ma jistgħux jagħmlu dan mingħajr l-appoġġ tagħna,” qalu The Travellers.

“Il-kliem tal-kanzunetta Sempliċità tassew jaqblu mal-etos tal-Inspire. Huwa għalhekk li għażilna din il-kanzunetta biex nibagħtu l-messaġġ tagħna” spjega s-CEO tal-Inspire, is-Sur Antonello Gauci.  “Huwa ta’ unur kbir għalina li nikkollaboraw ma’ talent lokali bħal The Travellers, li għamlu minn kollox biex jiżguraw li din il-kampanja tkun ta’ suċċess.”

“Ir-riżorsi tal-Inspire huma limitati,” qal Chris, il-kantant tal-grupp, “għaldaqstant aħna nixtiequ nħeġġu lil kulħadd biex jikkontribwixxi għal din il-kawża. Il-karità hija parti mill-kultura tagħna, u għalkemm l-affarijiet mhux se jsiru perfetti b’xi mod maġiku, id-donazzjoni żgħira tiegħek tista’ tgħin lil familja fil-bżonn biex it-tifel jew it-tifla tagħhom jirċievu edukazzjoni tajba u ġusta.”

“Il-ħidma tagħna mal-Inspire affetwatna fuq livell tassew intimu,” żiedu jgħidu l-membri l-oħra tal-grupp. “Tgħallimna wkoll li meta naħdmu lkoll flimkien nistgħu nagħmlu bidla fid-dinja ta’ madwarna.”

L-Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni. Il-missjoni tagħha hi li tipprova tgħin lil kull min għandu diżabilità biex jikseb dan. Dan isir billi l-individwi u l-familji tagħhom jingħataw servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ divertiment.

Illum, l-Inspire tgħin lil aktar minn 1000 individwu b’diversi diżabilitajiet li jvarjaw minn Down Syndrome, għal Awtiżmu, Cerebral Palsy u oħrajn.

Fit-30 ta’ Ottubru, l-Inspire ser torganizza maratona ta’ 12-il siegħa għall-ġbir ta’ fondi fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni. Int tista’ tagħmel donazzjoni fuq 506 18 926 biex tagħti donazjoni ta €6.99

Segwi l-vidjo mużikali hawn:

Aqra aktar

Send this to a friend