inkjesta | One News

Notifiki

L-AG jsostni li l-inkjesta Egrant m’għandhiex tiġi ppubblikata issa biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-Pulizija

L-Avukat Ġenerali Peter Grech reġa’ sostna fil-Qorti li r-rapport tal-inkjesta Egrant m’għandux jiġi ppubblikat b’mod sħiħ biex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet li għaddejjin mill-pulizija u anke minħabba kontijiet bankarji ta’ terzi li jissemmew fl-inkjesta. Dr Grech qal dan waqt it-trattazzjoni fil-kawża li fetħalu l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.

Inkjesta li sabet li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, martu u familtu meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-familja Muscat. Bl-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mexxa kampanja fuq din il-gidba ċċertifikati fil-konfront tal-Prim Ministru u martu.Aqra aktar

Busuttil jerġa’ jitlef fil-Qorti… rikors tiegħu meqjus “spekulazzjoni”

Il-Qorti Kriminali ċaħdet it-talba ta’ Simon Busuttil biex ikunu investigati numru ta’ persuni fosthom il-Prim Ministru, il-Ministru għat-Turiżmu u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Biex għal darb’oħra rriżulta li meta fl-2017 Simon Busuttil kien ġej u sejjer il-Qorti kien qed jagħmel dan mingħajr provi f’idejh.

F’digriet finali tal-Imħallef Giovanni Grixti, il-Qorti nnotat kif ir-rikors li ressaq Busuttil biex ikunu investigati seba’ persuni kien biss il-fehma tiegħu u fin-nuqqas ta’ provi kien deskritt bħala li “jikkwalifika għal spekulazzjoni.”
Fil-fatt f’mumenti diversi tas-sentenza tagħha l-Qorti qalet li Simon Busuttil “għamel biss allegazzjonijiet” u semma biss persuni mingħajr ma indika bid-dettall il-fatti tar-reati li allega.Aqra aktar

L-inkjesta Egrant qatt ma ngħatat lil ebda persuna oħra

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farruiga sostna li l-kontenut tal-inkjesta Egrant ddiskutih biss mal-Prim Ministru Jospeph Muscat, il-Ministru għall-Ġustizja  u l-Avukat tal-Prim Minsitru Pawlu Lia.

Is-Sur Farrugia qal dan waqt li kien qiegħed jixhed fil-kawża li fetaħ il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali biex ikollu koppja sħiħa tal-inkjesta.  Għas-seduta tat-Tnejn, Delia deher dieħel il-Qorti akkumpanjat mill-avukat tiegħu Vincent Galea u Vince Borg magħruf bħala Ċensu l-iswed. Aqra aktar

Delia jgħid li ma jafx fuq min hi l-inkjesta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia indirizza konferenza tal-aħabrijiet biex spiċċa jikkonferma li ma jafx jekk hemmx investigazzjoni fuq Keith Schembri li dwaru qed tintalab ir-responsabbilta politika. Nhar it-Tnejn fil-Parlament, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li l-Maġistrat Charmaine Galea għaddejja b’inkjesta dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-kumpanija 17 Black. Aqra aktar

“Il-pazjent ingħata l-kura kollha li kellu bżonn”- il-Gvern

Il-pazjent li skont id-Deputat Nazzjolalista Chris Said tielf ħajtu b’attakk tal-qalb għaliex ħelikopter ma wasslux l-Isptar Mater Dei fil-ħin, ingħata l-għajnuna medika kollha li kellu bżonn, kemm Malta, kif ukoll f’Għadex. Dan qalitlu l-inkjesta li kienet ordnata mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Aqra aktar

Il-Gvern iwieġeb għas-sejħa tal-Kap tal-P.N għat-twaqqif ta’ kummissjoni speċjali dwar il-qtil ta’ DCG

Waqt li huwa fundamentali li jiġu evitati sitwazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jippreġudikaw l-investigazzjonijiet kriminali li jinsabu għaddejja, m’hemm xejn li jeskludi xi tip ta’ inkjesta oħra fi stadju ulterjuri, sakemm ma jiġix evitat dan il-preġudizzju.

Sostna dan il-Gvern fi stqarrija b’reazzjoni għat-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li talab li tinħatar kummissjoni dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.  Aqra aktar

“Adrian Delia kellu jitlob inkjesta dwaru nnifsu”- Il-PL

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, kellu jitlob inkjesta dwaru nnifsu u mhux dwar kwistjonijiet li llum huma diġà investigati minn awtoritajiet indipendenti.

It-talba ta’ Adrian Delia llum hija attentat fjakk ta’ min qed jipprova jieħu kontroll tal-Partit li jmexxi iżda jaf li diffiċli jagħmel dan għax għandu problema ta’ kredibbiltà.Aqra aktar

Send this to a friend