ingliż | One News

Notifiki

ARA: Jeremy Corbyn taħt attakk wara li għajjar lill-PM Theresa May “stupida” fil-Parlament

Il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qala’ baraxx ta’ attakki mingħand sħabu l-Membri Parlamentari Ingliżi wara li nstema’ jgħid ‘stupid woman’, fil-Parlament Ingliż, hekk kif temmet diskorsha l-Prim Ministru Theresa May.

Il-kumment ma’ niżel xejn tajjeb mal-MPs Ingliżi, partikolarment man-nisa. Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jiġġarraf il-helikopter tas-sid tal-klabb Leicester City

Madwar siegħa wara t-tmiem tal-partita bejn Leicester City u West Ham United iġġarraf il-helikopter ta’ sid l-istess Leicester, Vichai Srivaddhanaprabha. Il-media Ingliża qed tirraporta li l-helicopter iġarraf ftit tal-metri l-bogħod mill-grawnd ta’ Leicester propju fil-parkeġġ tal-impjegati li hemm biswit il-King Power Stadium.

Immedjatament fuq il-post intbagħtu numru kbir ta’ ħaddiema tal-emerġenza li evakwaw il-grawnd u għalqu ż-żona viċin l-inċident filwaqt li pumpiera bdew jippruvaw jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lill-helikopter.Aqra aktar

Qassam il-kokaina waqt li kien vaganza f’Malta

Ingliż ta’ disgħa u għoxrin sena, li kien residenti f’Malta għal vaganza kien akkużat li ttrafika l-kokaina billi qassam id-droga tiegħu.

Joseph Vadamootoo wieġeb ħati li qassam il-kokaina u weħel ħames mitt ewro.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjoni li ma jikkomettix reat ieħor fl-Unjoni Ewropea fis-sentejn li ġejjin.

Raġel imut f’inċident bejn ambulanza u karozza fix-Xemxija

Ġuvni Ingliż tilef ħajjtu wara li l-karozza li kien fiha kienet inolvuta f’inċident tat-traffiku fis-siegħa u għoxrin tas-Sibt filgħodu fi Triq Telgħa ta’ Selmun fix-Xemxija.

Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija rriżulta li karozza tat-tip Daihatsu Sirion kienet qed tinstaq minn Ingliż, li għal xi raġuni tilef il-kontroll, bil-konsegwenza li l-karozza marret fil-karreġġjata opposta u baqgħet dieħla f’ambulanza.
Aqra aktar

Ingliż nieqes f’Malta għal aktar minn sena

Każ ta’ Ingliż li aktar minn sena ilu għeb mill-Isptar Monte Karmeli biex sa issa qatt ma deher qed iqajjem interess. Mart ir-raġel ta’ sittin sena rat lir-raġel jiddendel ma’ siġra tal-larinġ biex ħarab mill-isptar u sa issa ma nstabet l-ebda traċċa tiegħu. B’hekk qed tkun iżjed diffiċli għall-pulizija biex issolvi dan il-każ.

Aqra aktar

Send this to a friend