Ingilterra – Page 8 – One News

Notifiki

Politiċi Ingliżi jiddibattu jħallux lil Trump iżurhom jew le

Membri tal-Parlament Ingliż se jkunu qed jiddibattu dwar iż-żjara statali tal-President amerikan Donald Trump.

Id-dibattitu mistenni jsir fl-20 ta’ Frar wara li aktar minn 1.6 miljun persuna ffirmaw petizzjoni kontra ż-żjara.

Ftit wara inħolqot petizzjoni oħra favur iż-żjara ta’ Trump, li se tkun diskussa wkoll, wara li ġabret 100,000 firma.

Ir-Reġina mhux komda bl-istedina ta’ Trump

Id-deċiżjoni ta’ Theresa May dwar l-istedina ta’ Donald Trump għal żjara statali poġġiet lir-Reġina Eliżabetta f’pożizzjoni kemmxejn skomda, dan skont eks-mexxej tal-Uffiċċju Barrani.

F’ittra lil The Times, Lord Ricketts qal li l-istedina kienet waħda li saret mingħajr ħsieb.

Aqra aktar

KURT CASSAR: il-leħen Malti li ntgħoġob sew mis-suq Ingliż…

It-talent Malti qed jispikka f’diversi oqsma, partikolarment dak mużikali. Kanzunetta bit-titlu ‘Rising Up’ se  tkun l-ewwel single imqassma fis-swieq  mużikali tar-Renju Unit għal Kurt Cassar.

Hija kanzunetta prodotta ġewwa record label u artist development studio Ingliż bl-isem ta’ ‘Downtown Artists’ f’Oxford, Londra. L-istess label rat artisti internazzjonali jibdew il-karriera tagħhom minn ġewwa fiha.

Aqra aktar

243,000 jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara ta’ Trump fl-Ingilterra

“Donald Trump m’għandux jintlaqa’ fl-Ingilterra waqt li jabbuża mill-valuri tagħna wara l-ordni li ta li twaqqaf Musulmani u l-attakki fuq refuġjati u d-drittijiet tan-nisa.”

Dan kien il-messaġġ li kiteb Jeremy Corbyn, il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex jiffirmaw petizzjoni biex titħassar iż-żjara statali tal-President tal-Amerika, Donald Trump, l-Ingilttera.

Aqra aktar

Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li r-Renju Unit se jtejjeb ir-relazzjonijiet ta’ negozju mat-Turkija wara li saru diskussjonijiet mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li t-Turkija hija ħabiba antika ta’ pajjiżha, iżda hemm potenzjal biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħu.

Aqra aktar

Aħbar sabiħa għad-dilettanti tal-bolol

David Bowie se jkun ikkommemorat b’set ta’ 10 bolol li se jinħarġu mir-Royal Mail. Il-bolol, li ċ-ċirkulazzjoni se tibda fl-14 ta’ Marzu, se jkunu qed jikkommemoraw il-qoxra ta’ sitt albums ta’ Bowie u kif ukoll erbgħa mit-tours li kien għamel.

Rappreżentant għar-Royal Mail. Philip Parker, qal “ Għal ħames diċenji David Bowie dejjem kien fuq quddiem tal-kultura kontemporanja, u kien ta’ influwenza kbira għall-ġenerazzjonijiet ta’ mużiċisti, artisti, disinjaruti u kittieba.”

Aqra aktar

Iċ-ċpar jikkawża dewmien f’sitt titjiriet bejn l-Ingilterra u Malta

Ċpar ikkawża dewmien f’sitt titjiriet, li kienu skedati tul il-jum, li ħamsa minnhom kienu se jitilqu minn Heathrow, Manchester u Gatwick bid-destinazzjoni tkun għal Malta u waħda minn Malta lejn Heathrow.

Il-linja tal-ajru AirMalta ħabbret fuq is-sit tagħha li t-titjiriet t’hawn isfel ġew miżmuma milli jitilqu fil-ħin li kien skedat, bil-ħinijiet il-ġodda jkunu:

Aqra aktar

Send this to a friend