Ingilterra – Page 6 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Pulizija u mara fost dawk li tilfu ħajjithom fl-attakk

  • Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara li karozza nstaqet fuq folla fuq Westminster Bridge
  • Pulizija u mara fost il-persuni li tilfu ħajjithom fl-attakk
  • Fost il-midruba hemm tliet studenti Franċiżi

L-inħawi ta’ Westminster f’Londra,  li jissimbolizzaw it-tmexxija tar-Renju Unit, sfaw fil-mira ta’ attakk terroristku għal ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar ħin Malti. 

Jidher li minn tal-inqas erba’ persuni, fosthom uffiċjal tal-Pulizija u mara, inqatlu wara li sensiela ta’ tiri minn arma tan-nar instemgħu jidwu madwar Westimnster Bridge barra l-Palazz ta’ Westminster, fejn hemm il-Parlament Ingliż.

Aqra aktar

Fid-29 ta’ Marzu tibda t-triq ‘il barra għar-Renju Unit

Se jkun fid-29 ta’ Marzu li r-Renju Unit jitlob li jidħol fis-seħħ Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jarah jibda t-triq biex ma jibqax membru. 

r-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, Sir Tim Barrow, informa b’dan lill-Unjoni Ewropea t-Tnejn filgħodu fejn qal li wieħed għandu jistenna l-ittra ta’ May f’dik id-data. Jidher li qabel tibgħat l-ittra May trid tmur l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja. 

David Davis, li fil-Kabinett ta’ May huwa responsabbli minn Brexit, qal li dawn se jkunu l-iktar negozjati importanti għall-pajjiż f’ġenerazzjoni.

Is-sbuħija Maltija tkaxkar l-unuri fl-Ingilterra

Is-sbuħija Maltija spikkat f’żewġ konkorsi separati li saru lbieraħ fl-Ingilterra. Dan hekk kif il-mudell Malti Neil Scerri rnexxielu jirbaħ il-konkors internazzjonali tal-moda Top Model Worldwide Search li saret f’Hilton Metropole. Scerri mhux biss intagħżel bħala l-mudell rebbieħ, minn 42 finalist, iżda rnexxielu ukoll jimpressjona fir-ritratti hekk kif rebaħ ukoll il-kategorija Best Photographic Looks.

Aqra aktar

Koppja li qed tistenna tarbija tħejji pjan biex il-missier jingħaqad mal-ISIS

Raġel miżżewweġ intbagħat il-ħabs fuq akkużi terroristiċi wara li pprova jmur fuq ġita lejn is-Sirja biex jingħaqad ma’ Daesh, ISIS. Iżda mhux hu biss ingħata sentenza ta’ ħabs, dan hekk kif martu li qed tistenna tarbija miegħu wkoll spiċċat f’ċella.

Ijaz Khan, ta’ 29 sena, ħejja pjan biex jingħaqad flimkien ma’ membru tal-familja ta’ martu li kien diġà ħarab mill-pajjiż lejn is-Sirja.

Khan kien arrestat fl-Ajruport ta’ Manchester wara li l-Pulizija rċevew informazzjoni li kien qed jippjana biex imur Ateni u wara minn hemm imur is-Sirja.

Aqra aktar

Filmat: hekk ħasibha l-Prinċep William!

Il-prinċep William iffesteġġja bil-kbir hekk kif membri oħra tal-familja rjali kienu qiegħdin fl-isbaħ raqda biex jistrieħu għall-avvenimenti tal-Commonwealth li kienu qiegħdin jistennewhom, imma l-prinċep ma ħasibiex l-istess.

Il-mexxej futur tal-Commonwealth mogħni b’ħafna doni imma żgur mhux ippremjat bid-don taż-żfin. Il-prinċep mar btala bejn l-irġiel u deher jiffesteġġja l-lejl f’post ta’ divertiment tal-iskii f’Verbier l-Iżvizzera.

Aqra aktar

Missier isakkar lil uliedu ta’ ftit snin f’kamra mimlija ħmieġ tagħhom stess

Missier intbagħat il-ħabs wara li żewġt itfal żgħar instabu maqfulin f’kamra mimlijin ħmieġ tagħhom stess u saqqu wieħed bejn tnejn.

Il-Qorti ta’ Derbyshire fl-Ingilterra semgħet kif il-kumplament tad-dar kienet nadifa u kollox f’postu, bi fridge mimlija ikel u b’ġugarelli għadhom lanqas biss infetħu.

Iżda ġewwa l-kamra, deskritta bħala ‘ċella’, fejn inżammu ż-żewġt itfal, kelliem mid-Dipartiment Soċjali ddeskriva l-kundizzjonijiet inaċċettabbli li kienu qed jgħixu fihom, bi ħmieġ tagħhom stess imċallas mal-ħitani u mal-art.

Aqra aktar

L-Ingliżi jgħidu IVA għal aktar abort

Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw favur abbozz ta’ liġi li jippremetti l-abort f’aktar ċirkostanzi fl-Ingilterra u Wales. Il-voti kienu 172 favur u 142 kontra.

Issa l-abbozz ta’ liġi se jgħaddi għat-tieni qari nhar l-24 ta’ Mejju. Jekk jgħaddi, tidħol liġi fis-seħħ fejn l-abort ma jibqax illegali.

Fl-1967, permezz tal-Abortion Act, kien stabbilit li teħtieġ l-approvazzjoni ta’ tabib biex isir abort, u kien isir biss jekk il-persuna tqila tissodisfa ċertu kriterji. Din il-liġi sfat taħt kritika qawwija anke minħabba l-preżenza qawwija ta’ pilloli li jtemmu t-tqala li tista’ tixtrihom online. Dawn qed jinxtraw anke minn min għandu aktar minn 24 ġimgħa tqala.

L-abbozz ta’ liġi japplika biss għall-Ingilterra u Wales. Fl-Irlanda ta’ Fuq, l-abort jibqa’ illegali f’kull ċirkostanza, inkluż stupru u inċest.

Aqra aktar

Waħda tagħlaq 70, l-oħra 20 sena minn mewtha…Camilla se jkollha żżomm lura milli tiċċelebra

Bħala l-mara tal-eredi tat-tron, huwa mistenni li d-Dukessa ta’ Cornwall tiċċelebra għeluq is-sebgħin sena tagħha b’attivitajiet pubbliċi ta’ ċertu stoffa. Madanakollu, rapporti fuq il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li se jkun jum bi ftit mill-inqas ċelebrazzjonijiet nhar is-17 ta’ Lulju. Dan għaliex wara ftit jiem biss, se jitfakkar l-għoxrin sena anniversarju minn meta mietet il-Prinċipessa Diana.

Aqra aktar

Tiġi approvata l-liġi biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE

Il-Parlament Ingliż għadda l-abbozz ta’ Brexit, biex hekk il-Prim Ministru Ingliż Theresa May, mil-lum tista’ tiskatta b’Artiklu ħamsin sabiex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, rapporti fil-midja internazzjonali jissuġġerixxu li x’aktarx May se tistenna sal-aħħar tax-xahar biex tinforma formalment lill-Unjoni Ewropea u jibda l-proċess ta’ ħruġ mill-istess Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Stupra lil bintu għax qaltlu li hi gay

Missier stupra lil bintu wara li l-istess żagħżugħa fetħet qalbha miegħu u qaltlu li kienet gay. Il-missier stupraha u wara li ġie interrogat qal li wettaq dan l-att biex “juri” lil bintu li l-ħajja sesswali ma’ raġel hi ferm aħjar.

Il-missier. Li ismu mhux qed jixxandar biex tiġi protetta l-identità tat-tfajla, għandu 54 sena u jgħix Coventry fl-Ingilterra. Fil-Qorti tal-Ingilterra ntqal kif l-istess missier attakka lil bintu l-oħra wara aktar minn żewġ diċenji jabbużaha sesswalment.

Aqra aktar

Send this to a friend