Ingilterra – Page 5 – One News

Notifiki

Il-Pulizija Ingliża tispara tiri lejn mara

Il-Pulizija Ingliża sparat tiri lejn mara u erba’ persuni oħra ġew arrestati. Dan wara operazzjoni mill-Pulizija li taħdem kontra t-terroriżmu fit-tramuntana ta’ Londra. Residenti qalu mal-mezzi tax-xandir li semgħu tiri u raw uffiċjali armati fuq il-bjut tad-djar f’Willesden ilbieraħ filgħaxija. Hu mifhum li l-operazzjoni m’għandhiex x’taqsam mar-raġel li nqaba iġorr basket mimli skieken f’Westminster aktar kmieni lbieraħ ukoll.

Membri Parlamentari Ingliżi jaqblu: elezzjoni nhar it-8 ta’ Ġunju

Membri Parlamentari Ingliżi approvaw il-pjan tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, biex issir elezzjoni nhar it-tmienja ta’ Ġunju. Il-Parlament Ingliż appoġġja lill-Prim Ministru b’522 vot kontra 13, jiġifieri iktar mill-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa. May temmen li mandat ġdid isaħħaħha fid-divorzju minn mar-Renju Unit u jipprovdi aktar ċertezza għall-ġejjieni.

Il-Parlament Ingliż mistenni japprova t-talba ta’ elezzjoni bikrija

Il-House of Commons mistenni japprova t-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex f’Ġunju li ġej issir elezzjoni bikrija fir-Renju Unit.

It-talba ta’ May trid tiġi approvata minn żewġ terzi tal-Parlament Ingliż.

Din it-talba mistennija tiġi approvata mingħajr xkiel wara li anki l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn laqa’ t-talba biex issir l-elezzjoni fit-tmienja ta’ Ġunju.

Aqra aktar

Każ mhux solvut

It-tnax-il persuna arrestati b’konessjoni mal-attakk terroristiku f’Westminster u l-Parlament Ingliż ingħataw il-ħelsien mill-arrest u mhux se jkomplu jiġu investigati. Dan spjegatu l-Pulizija ta’ Londra.

Aqra aktar

Lejn Brexit: Ħafna liġijiet iridu jiġu emendati

Jum wara li l-Prim Ministru Ingliż Theresa May applikat artiklu ħamsin li skatta l-proċess tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fil-House of Commons bdiet ħidma sabiex eluf ta’ liġijiet Ewropej jiġu emendati fi ħdan leġislazzjonijiet eżistenti li għandu l-pajjiż.

Dak imlaqqam bħala ‘The Great Repeal Bill’ jinkludi liġijiet sempliċi bħal liġijiet dwar drittijiet tal-ħaddiema, l-ambjent fost l-oħrajn.

Aqra aktar

X’se jiġri mill-Prinċep George?

Tal-Knisja, tal-privat jew tal-Gvern? Mistoqsija diffiċli għall-ġenituri Maltin meta jiġu biex jagħżlu l-ewwel skola għal uliedhom. Deċiżjoni li kellhom jagħmlu ukoll il-ġenituri rjali għal binhom, iżda bid-differenza li għal dawn il-miżata ma kinitx se tkun daqshekk problema biex tiġi mħallsa.

Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge se jkunu qed jibgħatu lil Prinċep George fi skola privata f’Londra minn Settembru ta’ din is-sena. Il-ġenituri għazlu l-iskola Thomas’s Battersea li tinsab ftit ‘il bogħod mir-residenza tal-familja, il-Palazz Kensington. Għalhekk, studenti li se jkunu fil-klassi mal-prinċep ċkejken se jkunu jistgħu jgħidu li fil-klassi tagħhom għandhom magħhom prinċep.

Aqra aktar

Dettalji tal-qattiel; kellu 52, missier ta’ tlieta, kien għalliem tal-Ingliż u twieled l-Ingilterra

Huwa Khalid Masood isem il-ġiħadista li qatel tlieta u darab 29 oħra f’Westminster ilbieraħ.

Għandu 52 sena u twieled f’Kent. Qatt ma tressaq b’akkużi relatati ma’ terroriżmu, iżda l-Prim Ministru Theresa May qalet li kien fir-radar tal-MI5 numru ta’ snin. Ma kien hemm ebda sinjal li kien se jwettaq attakk terroristiku.

Madood kien missier ta’ tlieta, kien jgħallem l-Ingliż u kkonverta għall-Iżlam. Kien ukoll body builder.

Minkejja li wettaq numru ta’ reati, u nstab fil-pussess ta’ armi fil-passat, qatt ma kellu akkużi relatati mat-terrur. L-ewwel reat tiegħu wettqu f’Novembru 1983 u l-aħħar wieħed f’Diċembru 2003.

Ilbieraħ ta’ daqqiet ta’ sikkina lill-Pulizija Keith Palmer b’żewġt’iskieken, wara li qatel lill-omm ta’ żewġt’itfal Aysha Frade u turist Amerikan Kurt Cochran.

Omm ta’ żewġt itfal li kienet se tiġbor lil uliedha kienet waħda mill-vittmi

Aysha Frade, Spanjola ta’ 43 sena kienet fi triqitha biex tiġbor liż-żewġt ibniet tagħha ta’ 8 u 11 ‘il sena meta spiċċat maqtula mis-suspettat terrorista iżlamiku bil-karozza.

Kienet waħda mill-erbgħa maqtula fl-attakk tal-bieraħ, u li ħalliet ħafna oħra midruba. Illum il-familja tagħha spjegaw kif jinsabu mkissra u mfarrka b’dak li ġara.

Qarib ta’ din l-omm, John Frade ta’ 43 sena spjega li hekk kif sema’ li l-mara ta’ kuġinuh kienet waħda mill-vittmi spiċċa inħasad immens u qatt ma stenna li xi ħaġa bħal din setgħet tiġri viċin daru.

Aqra aktar

Send this to a friend