Ingilterra – Page 3 – One News

Notifiki

Jiġġarraf ajruplan tar-Red Arrows f’Wales

Ajruplan tar-Red Arrows iġġarraf f’Wales. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru tad-difiża Ngliża,

L-assistenza ta’ ambulanza kienet imsejħa ftit qabel is-1.30pm

Aktar dettalji ‘il quddiem.

Ara: Tifel jissapportja lil ommu marida b’kancer permezz ta’ mod kreattiv

Omm Noah fl-Ingilterra kien instab li kellha l-marda qerrieda tal-kanċer u binha ħareġ bl-idea li jesprimi lilu nnifsu f’sapport lil ommu billi għamel tpenġijiet u disnni kreattivi minn moħħu.
Din l-idea issa se tinbidel fi ktieb. Noah xtaq li jagħmel differenza avolja għad għandu seba’ snin. L-omm ħalliet din id-dinja f’Settembru 2017.

Triplets imma mhux tal-istess età

Fir-ritratt jidhru tlett ibniet li tnejn minnhom għandhom l-istess età filwaqt li waħda minnhom tidher li għandha età differenti. Però interessanti l-fatt li huma kollha tal-istess żmien u fil-fatt huma triplets.

Huma ġew iffertilizzati madwar 9 snin ilu bl-IVF pero’ l-ġenituri ddeċidew li jwasslu għat-twelid ta’ tarbija waħda biss u jżommu t-tnejn l-oħra għal erba’ snin tard. Daisy twieldet fil-21 ta’ Jannar 2010 waqt li Scarlett u Connie twieldu fil-25 ta’ Novembru tas-sena 2013.

L-embrijuni tagħhom kienu kollha ffertilizzati f’April 2009  u waqt li Daisy bdiet triqtha għad-dinja, l-aħwa l-oħra ġew imqiegħda fil-friża.

Daisy l-kbira, tinsab ferħana tgħid l-iskola li hija triplet mhux uffiċjali.

Dan il-każ ġara fl-Ingilterra.

 

Il-Prinċipessa Charlotte bdiet in-nuna

IlPrinċipessa Charlotte ta’ Cambridge jew kif jisimha propja Charlotte Elizabeth Diana bdiet l-iskola jew ahjar in-nuna l-bieraħ.  Charlotte qed tattendi f’ Willcocks Nursery School li tinsab madwar nofs mil ‘il bogħod mill-Palazz Kensington
Imwieled fit-2 ta’ Mejju 2015, hija l-iżgħar wild u bint il-Prinċep William, Duka ta’ Cambridge, u Catherine, Dukessa ta’ Cambridge. Hija r-raba’ fil-linja ta’ suċċessjoni għat-tron Brittaniku, wara missier missierha (in-nannu), missierha, u ħuha l-kbir.

Miżuri drastiċi minħabba l-influwenza fl-Ingilterra

L-influwenza mhux biss tolqot il-gżejjer tagħna iżda qed tikkawża problemi kbar fl-Ingilterra. L-isptarijiet Ingliżi u s-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż qed jiddeskrivu l-mument bħala l-agħar f’dawn l-aħħar snin fir-rigward ta’ stress li qed taffaċċja minħabba l-influwenza, temp ikrah u persuni jbatu minn problemi tan-nifs.

Aqra aktar

Erbgħa membri tal-Armata Ngliża arrestati dwar Neo-Naziżmu

Il-pulizija fl-Ingilterra arrestat erbgħa membri  tal-Armata Ngliża bħala miżura kontra t-terroriżmu wara li dawn qed jiġu ssuspettati b’involviment fil-partit Neo-Nażi ‘National Action’.

L-irġiel issuspettati qed jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija fl-għassa ta’ West Midlands, taħt suspett li huma kienu parti mill-ippjannar u twettiq ta’ atti ta’ terroriżmu .

Aqra aktar

Send this to a friend