Ingilterra – Page 2 – One News

Notifiki

Jirrevokawlek il-liċenzja jekk jaqbduk issuq b’vista batuta

Sewwieqa li ma jkunux jistgħu jaqraw pjanċi ta’ karozzi oħra minn 20 metru bogħod meta jkunu mwaqqfa mill-Pulizija se jibda’ jkollhom il-liċenzja tagħhom rivokata b’mod immedjat.

Dan skont liġi ġdida fl-Ingilterra biex sewwieqa jkunu taħt skrutinju mhux biss għal effetti ta’ xorb jew droga, iżda anke ta’ nuqqas ta’ vista. Dan se jibda’ bħala proġett polita f’ Hampshire, Thames Valley, u il-West Midlands.Aqra aktar

Prodott użat spiss fl-Ingilterra aktarx jiġi eliminat għal dejjem

Il-Gvern Ingliż qed jaħseb li jelimina għal kollox l-użu tal-wet wipes. 

Dan minħabba li dawn il-wipes li huma popolari mmens għal bosta raġunijiet fosthom tneħħija ta’ make up jispiċċaw jintremew fl-ambjent bil-konsegwenza li huma l-kawża ta’ bblukkar ta’ sistemi tad-drenaġġ f’ħafna akkwati fl-Ingilterra.

Il-wipes għandhom fihom materjal plastiku.

23 diplomatiku Russu jitilqu mill-Ingilterra

Matul il-jum tat-Tlieta ħallew l-Ingilterra it-23 diplomatiku Russu li tkeċċew mill-Ingilterra b’rabta mal-attakk b’ aġent kimiku, Novichok.

Dan l-attakk sar fil-konfront tal-eks spija Russu Sergei Skripal flimkien ma’ bintu Yulia.

Dawn id-diplomatiċi Russi tkeċċew mill-Gvern Ingliż wara li allegatament il-moħħ wara dan l-attakk kien il-Kremlin.

Intant, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May għal darba oħra laqqgħet il-Kunsill Nazzjonali tas-sigurtà sabiex jiġu evalwati numru ta’ sanzjonijiet oħra fil-konfront tar-Russja.

Send this to a friend