Ingilterra – One News

Notifiki

Probabbiltà ikbar ta’ Brexit mingħajr ftehim

In-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier qal li Brexit bla ftehim jidher iktar possibbli, iżda xorta jista jkun evitat.

Qal li jara tliet alternattivi ‘l quddiem wara li l-membri parlamentari Ingliżi fallew milli jaqblu fuq proposti ta’ Brexit: bla ftehim, estensjoni itwal jew il-ftehim tal-Prim Ministru.

Barnier sostna li qatt ma kienet ix-xewqa jew l-intenzjoni li ma jkunx hemm ftehim, iżda issa l-Unjoni Ewropea tinsab preparata, hekk kif jum wara jum, it-tluq bla ftehim jidher iktar probabli.

Il-Prim Ministru Theresa May qed tħejji ruħha għal ħames sigħat tal-laqgħat mal-kabinett fil-jum tat-Tlieta.

Il-membri parlamentari Ingliżi vvutaw fuq erba alternattivi għal ftehim ta’ May, iżda l-ebda wieħed minnhom ma kiseb maġġoranza.

Unjoni tad-dwana mal-Unjoni Ewropea ġiet miċħuda bi tliet voti filwaqt li mozzjoni għal referendum kiseb l-iktar voti favur, iżda xorta tilfet.

Ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea fit-12 t’ April, iżda jaf jitlob għal estensjoni.

Arkivju diġitali ġdid se jirrakkontalek l-istorja ta’ wieħed mill-aktar teatri popolari f’Londra

L-arkivji tat-teatru Shakespeare’s Globe issa jinsabu online u huma disponibbli għad-dilettanti tas-settur teatrali Ingliż. Fost dawn id-dokumenti hemm rapporti uffiċjali dwar aktar minn mitejn produzzjoni li saret f’dan it-teatru.

L-arkivju diġitali ġdid tnieda fl-aħħar jiem fuq is-sit uffiċjali tat-teatru, u jinkludi kumpilazzjonijiet u noti dwar kostumi, programmi, u ritratti, biex ir-riċerkaturi tal-qasam ikollhom għażla kbira tal-istorja rikka ta’ dan it-teatru.

Il-proġett kien kollaborazzjoni bejn it-teatru stess u l-pubblikaturi akkademiċi fi ħdan Adam Matthew Digital, li jispeċċjalizza fil-qasam tat-tagħlim u r-riċerka.

Approvat il-ftehim Brexit mill-mexxejja Ewropej

Il-mexxejja Ewropej approvaw il-ftehim ta’ Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall darba għal dejjem minn mal-Unjoni Ewropea.

Dan ħabbru il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u sar f’inqas minn siegħa ta’ diskussjoni f’summit li qed jitlaqqa’ fi Brussell.

Send this to a friend