infrastruttura – Page 2 – One News

Notifiki

Infrastruttura tinbidel minn lejl għal nhar

Il-Prim Ministru f’attività politika fil-Marsa tkellem ukoll dwar kif l-infrastruttura tal-pajjiż qed tinbidel minn lejl għal nhar. Saru u qed isiru proġetti kbar u oħrajn iżgħar fejn is-sena d-dieħal se jsiru 120 triq residenzjali.

Aqra aktar

Inizjattivi ta’ għajnuna biex jinxtraw vetturi elettriċi filwaqt li titkompla tittejjeb l-infrastruttura

Sal-2030 il-vetturi ġodda li jinxtraw jew jinkrew mis-settur pubbliku u minn entitajiet pubbliċi oħrajn iridu jkunu dawk li ma jiġġenerawx emissjonijiet fl-arja, iddikjara l-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima Josè Herrera għan-nom tal-Gvern Malti waqt il-Global Climate Action Summit f’San Francisco, l-Istati Uniti.

Aqra aktar

It-triq mill-Marsa Ħamrun Bypass għall-Imrieħel tinfetaħ minn għada

Il-bini mill-ġdid tat-triq li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun Bypass mal-Imrieħel Bypass miexi b’ritmu mgħaġġel, tant li din l-arterja ewlenija mistennija terġa tinfetaħ għas-sigħat ta’ matul il-jum minn għada t-Tlieta.

Din it-triq, li tintuża biex meta tkun għaddej mill-Marsa-Ħamrun Bypass, mid-direzzjoni tal-Masra ddur lejn l-Imrieħel Bypass fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard, ingħalqet it-Tnejn filgħodu sabiex tinbena b’pedamenti u asfalt ġodda bħala parti mill-aħħar xogħlijiet tal-proġett tat-twessigħ tal-istess Marsa-Ħamrun Bypass.Aqra aktar

Bil-Filmat: Jitqatta’ l-aħħar metru u nofs miċ-ċumnija ta’ Delimara

B’għoli ta’ 50 sular, iċ-ċumnija f’Delimara, dik li xi darba kienet l-itwal struttura f’pajjiżna għebet darba għal dejjem hekk kif inħattet kollha bi proċess li ħa madwar sena.

Kif jixhdu l-filmati ta’ ONE News, l-inġiniera u l-ħaddiema tal-kostruzzjoni qed jagħtu l-aħħar daqqa ta’ mannara liċ-ċuminja li għal snin twal kienet ta’ deterrent għan-nofsinhar ta’ pajjiżna b’snin twal ta’ tniġġis kkawżat mil-heavy fuel oil.Aqra aktar

Jitlesta l-proġett ta’ €0.5 miljun fl-arterja prinċipali u r-‘roundabouts’ ta’ Ħaż-Żebbuġ

Intemm it-titjib taż-żewġ roundabouts prinċipali f’Ħaż-Żebbuġ kif ukoll tat-triq arterjali ta’ bejniethom, Triq l-Imdina.

Dan l-investiment ta’ €0.5 miljun jikkonsisti fid-disinn u l-bini mill-ġdid taż-żewġ roundabouts prinċipali ta’ din il-lokalità, jiġifieri dik ta’ ħdejn il-Bieb De Rohan u dik ta’ fejn l-iskola St Dorothy’s, kif ukoll twessigħ u disinn aħjar tat-triq ta’ bejniethom.

Il-proġett tlesta fi ftit inqas minn xahrejn u rriżulta mhux biss f’aktar effiċjenza u sigurtà, iżda anke f’aktar faċilitajiet għal mezzi alternattivi tat-trasport. Fi promozzjoni ta’ rispett fit-triq u intermodalità, dan il-proġett daħħal ukoll diversi kunċetti ġodda f’Malta, kunċetti li huma favur iċ-ċikliżmu.Aqra aktar

Tingħalaq it-triq mill-Marsa Ħamrun Bypass għall-Imrieħel

Se tingħalaq it-triq li tgħaqqad il-Marsa-Ħamrun Bypass mal-Imrieħel Bypass, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, 10 sal-15 ta’ Settembru, sabiex tinbena mill-ġdid bħala parti mill-aħħar xogħlijiet tal-proġett tat-twessigħ tal-istess Marsa-Ħamrun Bypass.

Din it-triq, li tintuża biex meta tkun għaddej mill-Marsa-Ħamrun Bypass, mid-direzzjoni tal-Masra, iddur lejn l-Imrieħel Bypass fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard, jeħtieġ tingħalaq għal ftit jiem sabiex tinbena b’pedamenti u asfalt ġodda. Minħabba f’hekk, il-karreġġjata fid-direzzjoni tat-tramuntana tal-Marsa-Ħamrun Bypas ser tidjieq għal korsija waħda biss, li tagħti għall-mini ta’ Santa Venera lejn l-Imsida u San Ġiljan. Aqra aktar

€2 miljuni biex jittranġaw u jinbnew mill-ġdid toroq rurali f’Għawdex

16-il triq rurali f’Għawdex qed tiġi mtejba għall-benefiċċju tas-settur agrikolu u l-komunitajiet rurali. F’Malta u f’Għawdex se jkunu qed isiru total ta’ 61 triq rurali li jammontaw għal ’il fuq minn €11-il miljun. Dawn huma parti miż-żewġ miżuri li tħabbru ftit tax-xhur ilu, waħda biex jinbnew it-toroq rurali u l-oħra biex jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ.Aqra aktar

Tibda titwessa parti mit-Telgħa t’Alla u Ommu

Bdiet titwessa parti mit-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar, sabiex telimina l-ixkiel li hemm bħalissa hekk kif il-karreġġjata lejn in-Naxxar tidjieq għal korsija waħda.

It-Telgħa t’Alla u Ommu hija waħda mir-rotot ewlenin bejn it-tramuntana u ċ-ċentru tal-pajjiż, li twasslek minn San Pawl il-Baħar, il-Magħtab u Burmarrad lejn il-Mosta, l-Birguma u n-Naxxar, fost oħrajn. Il-parti ta’ fuq nett tal-karreġġjata tan-nofsinhar ta’ din it-triq, li minn Burmarrad tagħti għan-Naxxar, bħalissa tidjieq forma ta’ lembut minn żewġ korsiji għal korsija waħda. Dan qed iwassal għal dewmien fl-ivvjaġġar, aktar riskji ta’ aċċidenti u diffikultajiet oħra hekk kif dawk li jkunu qed jivvjaġġaw minn din it-triq ikollhom jaqilbu minn żewġ korsiji għal korsija waħda, qabel jaslu għar-roundabout tal-Birguma.Aqra aktar

Send this to a friend