infrastructure malta | One News

Notifiki

Jinfetħu karreġġjati ġodda fi Triq Aldo Moro

Ikompli javvanza il-MarsaJunctionProject fejn Infrastructure Malta fetħet il-karreġġjata ġdida tan-nofsinhar fi Triq Aldo Moro.

Din tikkonsisti b’4 korsiji fid-direzzjoni mill-Belt Valletta lejn Raħal Ġdid.

Il-Ministru Ian Borg ħabbar li dalwaqt titlesta wkoll il-karreġġjata opposta, b’6 korsiji lejn il-Belt Valletta u Santa Venera, u korsija wkoll għar-roti.

B’hekk ikun imiss il-bini tas-7 flyovers li ser jieħdu post it-‘traffic lights’ tal-Addolorata.

ARA: Korsija ġdida bejn l-Imtarfa u l-Mosta f’Buqana

Sal-aħħar ta’ din is-sena, Infrastructure Malta ser tibda proġett ta’ titjib fi Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, l-Mosta u l-Imġarr, sabiex iżżid korsija għall-vetturi fid-direzzjoni tat-tramuntana u korsija għar-roti ġdida, b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess rotta.

Aqra aktar

Send this to a friend