indonesja – One News

Notifiki

Ikomplu t-theżżiżiet fl-Indoneżja

Iżjed theżżiżiet komplew jolqtu l-gżira Indonesjana Sulawesi, fejn terremot qawwi u tsunami ħallew iktar minn erba’ mitt persuna mejta, u ħames mija oħra midruba.

Fl-istess waqt għexieren ta’ persuni oħra għadhom irrapurtati neqsin, b’uħud maħsuba li jinsabu mirduma fil-bini mwaqqa tal-belt Palu.

Aqra aktar

Tlettax maqtula wara attakk suwiċidja fl-Indonesja

Tlettax-il persuna nqatlu u madwar erbgħin oħra ndarbu wara attakk suwiċida fi tliet knejjes fil-belt ta’ Surabaya, fl-Indonesja.

Intqal li l-attakki seħħu minn familja li kienu għadhom kemm jaslu lura minn vjaġġ fis-Sirja: ir-raġel daħal ġo knisja permezz ta’ karozza, l-omm u ż-żewġ ibniet attakkaw it-tieni knisja u t-tielet knisja kienet attakkata minn żewġt itfal oħra.

Il-President tal-Indonesja, Joko Widodo qal li dan imur kontra l-limiti tal-umanita’ fejn wassal għall-qtil tal-innoċenti.

Il-grupp imsejjaħ l-Istat Iżlamiku ħa r-responsabiltà ta’ dan l-attakk.

Terremot fl-Indoneżja jħalli 54 persuna mejta

Terremot fil-baħar, fil-provinċja ta’ Ache fit-Tramuntana tal-Indoneżja ħalla 54 persuna mejta.

It-terremot li kejjel 6.5 fuq l-iskala Richter laqat il-belt ta’ Sigli, fejn għexieren ta’ binjiet iġġarrfu u għad hemm il-biża’ li  hemm persuni maqbuda taħt it-tiġrif.
Aqra aktar

Send this to a friend