independent – One News

Notifiki

ARA: Kundanna oħra għal David Agius

“Wasal iż-żmien li min qed imexxi ma jibqax jagħti kas iktar il-kritika bla bażi li qed issir, u jkompli jaħdem fuq it-toroq Maltin.”

Kien b’dan id-diskors li l-editur tal-ġurnal Malta Independent, beda l-editorjal tiegħu li kkritika d-diskors tal-Viċi Kap Nazzjonalista, David Agius, meta fil-Parlament pprova jitfa’ dell ikrah fuq is-Central Link Project – Proġett b’investiment ta’ 55 miljun ewro li għandu jindirizza l-problema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta.

Aqra aktar

“Storja antika u riċiklata”

B’referenza għall-editorjal ta’ The Malta Independent ippubblikat illum u ibbażat fuq storja antika u riċiklata, is-Segretarjat Parlamentari fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għamel għadd ta’ osservazzjonijiet.

Aqra aktar

Kap PN: Online Poll spiċċa għand il-pulizija

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ‘online’ li kien qiegħed isir minn The Malta Independent spiċċa għand il-pulizija wara li qed jingħad li kien ‘hacked’ minn nies li jappoġġjaw lil Chris Said biex il-kandidat minn Għawdex jingħata vantaġġ fuq Adrian Delia, li f’dan l-istħarriġ kien ras imb ras miegħu.

Aqra aktar

Fiduċja ikbar fil-proposti tal-Partit Laburista

L-elettorat huwa fiduċjuz li l-partit laburista għandu l-kredibilitá li l-proposti li qed iwiegħed jiġu imwettqa, jekk jerġa jkun elett fil-gvern.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Malta Independent, li staqsa lil 500 persuna li pparteċipaw fl-istħarriġ jekk jemmnux il-proposti elettorali li qed isiru mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

Irriżulta li kważi 39% jemmnu l-proposti tal-partit laburista.

Aqra aktar

L-istħarriġ konsistenti favur Muscat u l-Partit Laburista

Ħadd ieħor tal-kampanja elettorali reġa’ fisser il-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ stħarriġ tal-opinjoni pubblika. L-istħarriġ baqa juri appoġġ konsistenti favur il-Partit Laburista u iktar fiduċja f’Joseph Muscat.

L-istħarriġ ta’ The Malta Independent u t-Torċa jagħtu riżultati qrib ħafna ta’ xulxin. F’dak ta’ The Malta Independent il-Partit Laburista għandu vantaġġ ta’ għaxra fil-mija bil-Partit Laburista jgawdi l-appoġġ ta’ 40.1% tal-elettorat u l-Partit Nazzjonalista 30.2%.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru żied il-fiduċja; l-aqwa trust rating mill-2015

L-ewwel perjodu tal-kampanja ra l-Prim Ministru, Joseph Muscat, iżid il-fiduċja fost l-elettorat. L-istħarriġ dwar dan ta’ The Malta Independent, it-Torċa u l-Maltatoday taw vantaġġ b’saħħtu lil Joseph Muscat fuq Simon Busuttil, b’dak tal-Maltatoday li jsir tul il-leġiżlatura kollha ra lill-Prim Ministru jirreġistra l-ogħla trust rating minn Jannar tal-2015.

Aqra aktar

Kif daħal ħareġ! Filmat ta’ CCTV jitfa’ dawl fuq il-famuża bagalja

Il-Pulizija għandha filmati CCTV li juru lis-sid ta’ Pilatus Bank Sayed Ali Sadr Hasheminejad ħiereġ mis-sala tal-Arrivals fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bl-istess żewġ bagalji li aktar tard fl-istess jum
il-midja tal-Partit Nazzjonalista ħolqot storja dwarhom. Dan il-filmat juri li s-sid ta’ Pilatus ħareġ mill-bank kif daħal u mhux kif ġie allegat mill-Partit Nazzjonalista. Aqra aktar

Malta terġa’ tagħmilha!

Għal darb’oħra Malta terġa’ tiġbed l-attenzjoni ta’ ġurnal barrani ieħor, dan hekk kif titniżżel bħala wieħed minn tnax-il pajjiż fl-Ewropa li wieħed għandu jżur fl-2017.

Aqra aktar

Send this to a friend