inċident – Page 70 – One News

Notifiki

Jaqgħu bil-vann f’Kemmuna u jindarbu gravi

Vann tat-tip Pick-up misjuq minn ġuvni ta’ 23 sena, waqa’ għoli ta’ madwar tlett metri fil-Bajja ta’ Blue Lagoon, f’Kemmuna u spiċċa fuq il-moll. Miegħu kellu passiġġier ġuvni ieħor ta’ 21 sena. Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-23:30.

Tim mediku wasal fuq il-post bl-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta. Iż-żewġ persuni, li huma Ingliżi, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġew iċċertifkati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

 

Anzjana bi ġrieħi gravi wara inċident f’Santa Venera

Pollakka ta’ 70 sena intlaqtet f’inċident tat-traffiku fi Triq Lord Byron, Santa Venera.

Il-mara, li hija residenti l-Pietà, intlaqtet minn Daihatsu Sirion, misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Pietà ukoll.

L-ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Tweġġa’ wara li ntlaqtet minn taxi

Mara Ingliża intlaqtet minn taxi fi Triq Gianpula, limiti tar-Rabat. Kien għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għaxra ta’ dalgħodu li l-Pulizija kienu nfurmati li kien seħħ dan l-inċident tat-traffiku. Aqra aktar

Waqa’ f’bitħa ta’ lukanda u weġġa’ gravi

Ingliż ta’ 27 sena weġġa’ ġrieħi gravi wara li waqa’ ġo bitħa ta’ lukanda fi Triq Dragunara.

Il-Pulijija tad-Distrett sabu lir-raġel ftit wara li waqa’, għal ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.

Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.

 

 

Karozza taqbeż central strip u tidħol f’mutur

Karozza tat-tip Toyota kienet dieħla fil-mina ta’ Ħal Kirkop meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll, qabżet is-central strip, spiċċat in-naħa l-oħra tat-triq u daħlet f’mutur.

Sorsi fuq il-post fi Triq San Pietru qalulna li fit-triq jidher li kien hemm ammont ta’ żejt imxerred qabel seħħ l-inċident. Infatti membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu qed ixerrdu materjal biex jevitaw aktar inċidenti.

Jidher li hemm żewġ persuni, raġel sewwieq tal-karozza u mara sewwieqa tal-mutur li ġarrbu xi ġrieħi. Ambulanza tinsab fuq il-post. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jevita l-inħawi minħabba konġestjoni ta’ traffiku.

Aqra aktar

Tifel ta’ sitt snin bi ġrieħi gravi, milqut minn karozza

Tifel ta’ sitt snin sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Xatt ir-Riżq, il-Birgu.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħaxija. Il-karozza hija tat-tip Skoda Felicia u kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla għadhom għaddejjin.

 

 

Funeral wara sitt xhur

Sitt xhur wara li kien vittma ta’ splużjoni f’karozza Wied il-Għajn se jkun qed isir is-Sibt li ġej il-funeral ta’ Martin Cachia.

Il-funeral ta’ Cachia se jsir il-Ħamrun, fil-Knisja ta’ San Gejtanu.Aqra aktar

AĠĠORNATA: ħaddiem jaqa’ bejn blat u bini

Ħaddiem indarab b’mod serju waqt li kien qed iwettaq xogħolu fil-Manikata, għal ħabta tas-07:15 ta’ dalgħodu.

L-ewwel indikazzjonijiet huma li r-raġel indarab serjament wara li waqa’ bejn bini u blat, f’post dejjaq ħafna. Kienet operazzjoni diffiċli biex dan seta’ ttella’ minn fejn kien.

Aqra aktar

Raġel ta’ 23 sena jitajjar minn vettura

Raġel ta’ 23 sena residenti Ħal Lija, safa milqut minn vettura, illum għal ħabta tal-11.15am, fi Triq iċ-Ċinju, il-Mosta.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel kien qiegħed jaqsam it-triq meta għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Nissan Micra. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 23 sena, residenti l-Mosta.

Il-vittma ġie meħud l-isptar Mater Dei għal kura fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Send this to a friend