inċident | One News - Part 7

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ jet-skis fl-Għadira

Ingliż ta’ 52 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara  ħabta bejn żewġ jet-skis fil-bajja tal-Għadira. Dan seħħ għall-ħabta tas-13:00 illum.

Ir-raġel l-ieħor li kien involut fl-inċident, li huwa Ingliż ta’ 25 sena, ma sofra ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. A.M Grima li ħatret diversi esperti sabiex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

 

Jibqa’ dieħel f’dgħajsa b’jet ski u jitfa’ tnejn l-isptar

Ġurnata ta’ mistrieħ inbidlet fi ħmar il-lejl meta Jet Ski baqgħet dieħla ġo dgħajsa li qasmitha min-nofs.

Il-każ ġara l-Ħadd li għadda 23 ta’ Settembru għall-ħabta tal-16.30 waqt li Ryan Micallef flimkien mal-ġenituri tiegħu u kelba ddeċidew li jħallu l-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna u jaħsbu bil-mod lejn Malta.

Aqra aktar

Aġġornat: Żewġ persuni gravi wara li nqalbu b’karozza fin-Nadur

Għall-ħabta tas-06:45 ta’ dalgħodu, żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li nqalbu bil-karozza fi Triq Xħajma fin-Nadur, limiti tax-Xewkija.

Il-Pulizija  marru  fuq  il-post,  fejn  minn  investigazzjonijiet  li  saru,  irriżulta  li  kien  seħħ  impatt  bejn vettura tat-tip Kia Ceres, misjuqa minn raġel ta’ 68 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u vettura tat- tip Isuzu NKR, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena, residenti San Ġiljan. Kawża tal-impatt il-vettura tat-tip Isuzu spiċċat ġo għalqa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn iżjed tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

“Twaħħalx f’ħaddieħor” l-Awtorità għat-Trasport lil kumpanija tad-double deckers wara l-inċident fiż-Żurrieq

Permezz tal-avukat Edward Gatt, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ressqet kontro-protest ġudizzjarju għal protest li ressqet il-kumpanija City Sightseeing Malta li hija l-kumpanija li double decker tagħha laqtet friegħi ta’ siġra fiż-Żurrieq bil-konsegwenza li nqatlu żewġ turisti u ndarbu bosta.Aqra aktar

Raġel jitlef ħajtu fil-bajja tal-Armier

 

Raġel Ingliż ta’ 76 sena tilef ħajtu traġikament wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fil-bajja tal-Armier.
ONE NEWS jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, meta għadd ta’ għawwiema nnotaw lir-raġel wiċċu ‘l isfel fl-ima.Aqra aktar

Send this to a friend