inċident | One News - Part 58

Notifiki

GĦAWDEX: ħabta head-on, erbgħa l-isptar

Erba’ persuni ddaħlu l-isptar ġenerali t’Għawdex wara ħabta head-on bejn żewġ karozzi fin-Nadur Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta, fit-triq li twassal għar-Rabat. Xufier ta’ karozza VW Polo, li kien fil-karozza waħdu, ħabat f’karozza tat-tip Hyundai I 10, li fiha kien hemm ix-xufier u żewġ passiġġiera. Dawn kollha ttieħdu l-isptar għall-kura.

Il-Pulizija qed tinvestiga

Żdiedu l-inċidenti bil-vittmi ‘maqbuda’

Ix-xhur ta’ sajf qed ikunu impenjativi għall-membri tal-protezzjoni ċivili. Tkellimna mad-deputat direttur Emmanuel Psaila, li spjegalna li l-inċidenti tat-traffiku qed ikunu ta’ spiss, bil-mobile phone jista’ jkun li qed iwassal għal ċertu żieda. Innota li qed jiżdiedu każijiet fejn persuni jiqabdu fil-karozza u għalhekk ikun hemm bżonn l-intervent tagħhom sabiex jinħarġu u jittieħdu għall-kura.

Iddeskriva l-aktar każ diffiċli li esperjenza dan l-aħħar, li huwa dak ta’ nirien fix-Xewkija.

Aqra aktar

FILMAT ESKLUSSIV: Tal-biża’, iżda seta’ kellu konsegwenzi agħar

Filmat esklussiv li għandu one.com.mt juri l-inċident li seħħ fit-Triq tal-Barrani lbieraħ u li konsegwenza tiegħu, persuni ttieħdu l-isptar isofru minn ġrieħi.

Juri wkoll li seta’ kien inċident b’konsegwenzi ferm agħar, għaliex hemm pompa tal-petrol ftit passi bogħod minn fejn spiċċat il-karozza li daret minn naħa għall-oħra tat-triq.

Jidher ħiereġ maħsud u muġugħ, ix-xufier tal-vettura li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni taż-Żejtun u li meta kienet fi triqtha, sabet ma’ wiċċha karozza li b’xi mod qasmet it-triq ,li hemm central strip tifridha. Aqra aktar

Jekk timpressjoni ruħek, aħjar ma tarahx

 Il-Pulizija f’Norfolk ħarġet filmat xokkanta ta’ inċident hit and run li fih raġel intlaqat u għola 15-il pied minn fejn intlaqat. Xejna li normalment taraha ġo xi film u mhux fir-realtà.

Il-filmat kien ippubblikat bit-tama li min għandu xi informazzjoni dwar min seta kien qed isuq, jgħaddiha lill-Pulizija.

Aqra aktar

Ajruplan Taljan jispiċċa fit-triq

Ajruplan tal-merkanzija baqa’ dieħel f’kanċell u sab ruħu fit-triq wara li ħareġ mir-runway fl-ajruport internazzjonali Taljan f’Bergamo.

L-ajruport fil-Lombardia kien magħluq temporanjament, wara l-inċident li kien involut fih il-Boeing 737-400, propjetà tal-kumpanija DHL.

Stampi drammatiċi juru kif in-naħa tan-nofs tal-ajruplan spiċċat quddiem il-karozzi li kienu għaddejjin mit-triq.

Aqra aktar

Send this to a friend