inċident | One News - Part 5

Notifiki

ARA: “Kont naf CPR imma qatt ma ħsibt li ħa nużah fuq binti ta’ erbat ijiem”

“Kont naf cpr imma qatt ma ħsibt li ħa nużah fuq binti ta’ 4 ijiem” dawn kienu kliem missier fuq filmat imxerred fuq Facebook mis-sensiela tal-BBC, Ambulance. Din is-sensiela tinkludi fiha telefonati u sitwazzjonijiet reali li jiltaqgħu magħhom l-ekwipaġġ tal-ambulanzi Ingliżi.

F’dan il-filmat li rawh aktar minn miljun u nofs persuna fi ftit jiem naraw kif tarbija ta’ 4 tijiem waqfet tieħu n-nifs u bis-saħħa ta’ intervent tal-missier li beda CPR u ħidma tal-paramediċi Ingliżi din l-istorja traġika malajr inbdilet f’waħda ta’ ħajja.Aqra aktar

AĠĠORNAT: taqa’ ħadida fuqu waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Gżira

Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet ħadida fuqu fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.

Dan seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 meta r-raġel kien għaddej b’xi xogħol permezz ta’ krejn f’sit tal-kostruzzjoni fl-inħawi.

Wara li ttieħed l-isptar għall-kura, kien ikkonfermat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fi Triq Reġjonali

Raġel ta’ 30 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku t-Tlieta filgħodu f’Santa Venera. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra fi Triq Reġjonali meta seħħet ħabta bejn mutur tal-għamla Kawasaki misjuq mill-vittma u karozza Citroen misjuqa minn mara ta’ 32 sena min-Naxxar. Aqra aktar

Ara l-mument meta iġġarraf il-ħelikopter tas-sid ta’ Leicester City

Fuq il-midja soċjali qed jimxi l-filmat li juri l-mument eżatt li fih iġġarraf il-ħelikopter tas-sid tal-klabb ta’ Leicester City, Vichai Srivaddhanaprabha. Dan l-inċident sewa’ l-ħajja ta’ kull min kien abbord.

Fil-filmat, il-ħelikoġter jidher tiela’ fil-għoli, meta f’leħħa ta’ berqa tilef il-kontroll u niżel mal-art, biswit il-grawnd.

Anzjan ferut gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra

Anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:15 illum fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa, meta għal xi raġuni, l-anzjan, residenti l-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Hilux u baqa’ dieħel ġo siġra.Aqra aktar

Send this to a friend