inċident | One News - Part 4

Notifiki

AĠĠORNAT: Tifel ta’ 11-il sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn karozza f’Pembroke

Tifel ta’ 11-il jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar minn karozza f’Pembroke. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 fi Triq Profs. Walter Ganado.

It-tifel ittajjar minn karozza tat-tip Peugeot 308, misjuqa minn raġel ta’ 64 sena mill-Gżira. It-tifel ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Dwar dan l-inċident qed titmexxa inkjesta mill-Maġistrat Doreen Clarke, li ħatret diversi esperti biex jgħinuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

AĠĠORNAT: Raġel ta’ 49 sena jsofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn mutur fil-Furjana

Raġel ta’ 49 sena minn Tas-Sliema qed isofri minn ġrieħi gravi wra li ttajjar minn mutur fil-Furjana kmieni t-Tlieta filgħodu.

L-inċident seħħ fi Triq l-Assedju l-Kbir fil-Furjana għall-ħabta tad-09:30, meta r-raġel intlaqat minn mutur tat-tip Kymco Agility 125, li kien qed jinstaw minn raġel ta’ 20 sena mill-Ħamrun. Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur fil-ħin tal-inċident.Aqra aktar

Filmat: Il-Pulizija u s-CPD imsejħa biex jagħtu l-għajnuna f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-bypass tal-Imrieħel.

Minn filmat li kiseb one.com.mt, jidher li karozza skidjat għal fuq is-central strip fit-triq, u s-sewwieq kellu bżonn l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza. Għadu mhux magħruf kienx hemm karozzi oħra involuti fl-inċident, jew jekk hemmx persuni feruti kawża ta’ dan.

Send this to a friend