inċident | One News - Part 3

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza f’Għajnsielem

Raġel ta’ 68 sena minn Birżebbuġa jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li spiċċa milqut minn karozza f’Għajnsielem, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta r-raġel intlaqat minn Land Rover misjuq minn Ġermaniża ta’ 51 sena li tgħix Għajnsielem stess.

Huwa ttieħed l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa J. Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

FILMAT: Raġel l-isptar wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar fis-Siġġiewi

Għall-ħabta tas-18:40 tim mediku mill-isptar Mater Dei kien involut f’ħidma delikata ħafna biex joħorġu raġel li nqabad f’vettura fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’parapett ta’ dar fl-istess triq.Aqra aktar

18-il vittma f’17-il inċident tat-traffiku tul l-2018

Fis-sena 2018, it-toroq Maltin ħallew 18-il vittma fi 17-il inċident tat-traffiku, bi tmienja minnhom involvew mutur.

Din is-sena rat żieda fl-inċidenti fatali bil-mutur meta mqabbel mas-sena l-oħra. B’kollox, mietu sitt sewwieqa u passiġġiera.

L-ewwel żewġ inċidenti fatali bil-mutur seħħew f’Marzu, jum ‘il bogħod minn xulxin li inċidentalment seħħew ukoll fl-istess triq. L-aħħar inċident iseħħ fl-aħħar jiem tas-sena fi Triq Ħal-Qormi f’Ħal-Luqa.Aqra aktar

Tfajla ta’ 22 sena ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara

Tfajla ta’ 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dun Karm, meta ż-żagħżugħa Taljana li tgħix l-Iklin intlaqtet minn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena minn Birkirkara.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Jindarab gravi wara li waqgħet briksa fuqu bir-riħ

Raġel ta’ 47 sena mill-Pakistan li joqgħod Tas-Sliema weġġa gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ f’Ħaż-Żabbar.

Irriżulta li fil-10:45 tat-Tnejn filgħodu fi Triq Sant’ Antnin, il-vittma safa ferut wara li għal xi raġuni waqgħu xi briks fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.Aqra aktar

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 43 sena mill-Gudja jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li nqaleb bil-mutur f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija qalet li r-raġel instab għall-ħabta tat-20:10 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Imgiered, Ħal Luqa, bil-mutur tat-tip Meiduo, maqlub fuqu.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

Send this to a friend