inċident | One News - Part 2

Notifiki

Vettura titlaq minn fuq il-post wara ħabta fil-Marsa

Għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Ħaddiem, il-Marsa fejn  seħħ  impatt  bejn  mutur  tat-tip  Kymco  Venox misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien u vettura oħra li telqet minn fuq il- post.

Aqra aktar

Se jitnaqqas il-limitu tal-veloċità tat-triq fejn inqaleb bil-karozza l-Prinċep Philip

Il-limitu tal-veloċità fit-triq fejn il-Ħamis filgħaxija il-Prinċep Philip inqaleb bil-karozza se jitnaqqas. Dan wara li l-Kunsill tal-inħawi fejn hemm il-palazz ta’ Sandringham f’Norflok, qabel li dan għandu jsir u mistenni jiltaqa’ aktar tard il-Ġimgħa.

Il-Prinċep, li għandu 97 sena, inqaleb bil-karozza waqt li kien qed isuq fuq it-triq A149 wara li ħabat ma’ karozza oħra. Huwa ma ġarrab l-ebda ġrieħi, iżda s-sewwieq u l-passiġġer tal-karozza l-oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.

Xhieda fuq il-post qalu li l-Land Rover tad-Duka nqalbet minnufih wara l-ħabta, u minkejja li kien konxju, jidher li kien taħt xokk qawwi u lellu bżonn l-għajnuna biex joħroġ mill-karozza tiegħu.

Mara tintlaqat minn karozza li kienet qed tiġi pparkjata

Mara ta’ 56 sena mill-Kalkara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq in-Nevew, Ħaż-Żabbar, meta l-mara ntlaqtet minn Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, waqt li din kienet qed tiġi pparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Hija ġiet iċċertifikata li qiegħeda issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza f’Għawdex

Taljan ta’ 36 sena li jgħix ix-Xewkija, Għawdex, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-mutur li kien qed isuq ħabat ma’ karozza f’Għajnsielem, Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-19:50 tat-Tlieta filgħaxija fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, meta l-mutur li kien qed jinstaq mill-vittma ħabat ma’ karozza tat-tip Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 67 sena minn Għajnsielem.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Anzjan ta’ 78 sena jittajjar minn karozza f’Birkirkara

Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:45 tat-Tlieta filgħazija fi Triq il-Qasab, Birkirkara. Jidher li l-anzjan ittajjar minn karozza tat-tip Honda Fit, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena minn Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata lkura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċetifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend