inċident – One News

Notifiki

Raġel salvat u ieħor mitluf f’Miġra l-Ferħa fl-Imtaħleb

Raġel ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta u ieħor għadu qed jiġi mfittex wara li sabu ruħhom f’diffikultajiet waqt li kienu fil-baħar f’Miġra l-Ferħa limiti tal-Imtaħleb. Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li seta’ jagħti l-każ li wieħed mill-irġiel niżel fil-baħar sabiex jassisti lill-persuna l-oħra li kienet qed issib diffikulta sabiex titla’ l-art minħabba l-qawwa tal-baħar. Aqra aktar

Tnejn iweġġgħu f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata

Mara ta’ 31 sena u raġel ta’ 36 sena, it-tnejn Qriema, qed jingħataw il-kura wara li kienu involuti f’ħabta bejn żewġ karozzi fil-Manikata. Jidher li l-inċident seħħ għal ħabta tal-11:30 a.m. fi Triq il-Manikata, meta Daihatsu Terios misjuqa mir-raġel ħabtet ma’ Land Rover misjuqa minn raġel ta’ 62 sena mir-Rabat. Riekba miegħu kien hemm il-mara kif ukoll tifel ta’ sena.  Aqra aktar

Send this to a friend