inċident tat-traffiku | One News

Notifiki

Johanna u l-vittmi kollha tal-2016; mhux magħna imma mhux minsija

Kien il-ħames jum ta’ Jannar tal-2016…bidu qares għal sena ġdida. Johanna Boni, Taljana li kienet tgħix Malta, tilfet ħajjitha wara inċident bil-mutur fi Triq il-Labour, in-Naxxar. Fl-inċident traġiku, Johanna spiċċat taħt trakk tal-ġebel u mietet mad-daqqa.

Issa, ftit aktar minn sena wara, se ssir logħba football b’kommemorazzjoni, mhux biss għal Johanna imma għall-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku fit-toroq Maltin li kellna fl-2016.

Aqra aktar

Tibqa’ ħdejn ġisem ħabibtha wara li ssir taf li mietet f’inċident tat-traffiku

Mara li sfat vittma ta’ inċident tat-traffiku f’New Zealand instabet minn l-ikbar ħabiba tagħha, li għażlet li tibqa’ ma’ ġisimha sakemm ittieħdet minn fuq il-post.

Madeleine Higginson ta’ 27 sena tilfet ħajjitha fuq il-post wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f;Auckland fl-1 ta’ Frar.

Hi kienet fi triqtha lura lejn id-dar meta ħabtet ma’ vettura oħra misjuqa minn mara li kellha tarbija fil-vettura.

Aqra aktar

Persuna tweġġa` gravi f’inċident tat-traffiku

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li vettura tal-għamla Hyundai Tucson misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti r-Rabat, Għawdex kellha mpatt ma’ vettura oħra tal-għamla Hyundai Excel, misjuqa minn raġel ta’ 54 sena li kellu miegħu passiġġiera fl-istess vettura, mara ta’ 52 sena u t-tnejn residenti ż-Żebbuġ, Għawdex.

Aqra aktar

Tmut mara li ttajret il-Mosta

Anzjana ttajret fil-Mosta, fi Triq il-Kungress Ewkartistiku.

L-inċident seħħ ftit qabel id-disgħa u nofs. Il-mara ta’ 77 sena kienet toqgħod il-Mosta stess. Hija ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Dyna li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 68 sena li wkoll huwa residenti l-Mosta.

Din tiġi t-triq prinċiplai ta’ quddiem il-Knisja, li hija triq bieżla ħafna. Fuq il-most issejjħet ambulanza kif jidher fi-ritratt, iżda l-mara mietet ftit tal-ħin wara l-inċident.

Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.

Aqra aktar

Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta bil-mutur

Għall-ħabta tat-tmienja tal-Ġimgħa filgħaxija, seħħ inċident stradali fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala. Mill-istħarriġ irriżulta li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Honda Shadow u karozza tal-għamla Toyota Corsa.

Kemm il-mutur li kien misjuq minn mara ta’ disgħa u erbgħin sena residenti Bormla u kemm il-karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ tmintax-il sena li joqgħod Marsaskala, kienu sejrin fl-istess direzzjoni lejn Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. Filwaqt li ż-żagħżugħ ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Vann jirriversja għal fuq anzjan fil-Birgu

Dalgħodu fl-10:30 raġel ta’ 73 sena mill-Birgu itlaqat minn vettura fi Triq Tal-Ħawli, il-Birgu.

Is-sewwieq tal-karozza Citroen Berlingo għandu 31 sena u joqgħod iż-Żurrieq, u kien qiegħed jirriversja meta seħħ l-inċident.

L-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei u qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

 

Żewġ inċidenti oħra bil-mutur

Ftit wara nofsinhar seħħet ħabta fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi. Mutur tat-tip BMW ħabat ma’ Peugeot waqt li ż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni, lejn San Ġiljan.

Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur – Ġermaniz ta’ 59 sena residenti Ħal Balzan, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Huwa qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Il-karozza kienet qiegħda tinstaq minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti Ħal Għargħur li ma sofra l-ebda ġrieħi.

Inċident separat seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar, fi Triq l-Avjazzjoni, il-Gudja.

Mutur tat-tip Hyosung baqa’ dieħel ġo xi ġebel li waqgħu minn fuq trakk misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Birżebbuġa.

Ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur, ġuvni ta’ 23 sena residenti Ħ’Attard, l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Huwa ġie kkonfermat li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Erba’ midruba, wieħed bi ġrieħi gravi

Ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija seħħet ħabta fil-Marsa By pass, Marsa.

Il-ħabta head-on seħħet bejn karozza tat-tip Kia Pride u oħra tal-għamla Toyota Yaris, wara li l-vettura Kia qabżet is-central strip u ħabtet mal-vettura Toyota li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.

Il-vettura tal-għamla Kia, li kienet qed tinstaq f’direzzjoni lejn il-Marsa stess kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Birkirkara u flimkien miegħu kien hemm żewġ ġuvintur oħra, li lkoll għandhom 19-il sena u residenti Birkirkara. Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti Kerċem, Għawdex.

Aqra aktar

Jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku dan il-lejl

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-siegħa kien hemm inċident stradali fi Triq Mikiel Anton Vassalli, l-Imsida.

Raġel Ingliż ta’ 30 sena intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 508 misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti Bormla.  Il-vettura kienet qed tiġi misjuqa direzzjoni mill-Imsida lejn Santa Venera.

Team mediku mill-Isptar Mater Dei kien fuq il-post sabiex jassisti lill-vittma għall-ġrieħi serji li sofra u ittieħed l-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament ir-raġel tilef ħajtu.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett tal-Imsida għadha għaddejja.

Send this to a friend