inbid | One News

Notifiki

L-inbid isir ukoll mill-ħmira – Titħajjar titgħallem kif?

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel l-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 21, 28 ta’ Mejju u 4 ta’ Ġunju, 2018 bejn is-6:00 p.m. u s-7:30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun.

Aqra aktar

Delia żamm il-kumpaniji li qal li se jneħħi

Il-gazzetta Kullħadd tiżvela li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, għadu involut f’numru konsiderevoli ta’ kumpaniji. Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju.

Din hi dikjarazzjoni li għamilha fi żmien fejn kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari f’artikli b’rabta man-negozju.

Il-fatt li Adrian Delia baqa’ m’aġixxiex fuq dawn il-kumpaniji jfisser li bħal fil-każ tal-ħlas tat-taxxa reġa’ ma żammx il-kelma tiegħu.

Id-dikjarazzjonijiet li se jitlaq l-interessi tiegħu fin-negozju Adrian Delia għamilhom bosta drabi. Fost oħrajn dikjarazzjoni f’dan is-sens stqarrha meta kien intervistat fil-programm In Depth fuq is-sit elettroniku ta’ The Malta Independent bosta xhur ilu. Saħansitra dakinhar kien qal li dieħel għal Kap bi skapitu għan-negozju tiegħu li se jkun qed jitlaq.

Aqra aktar

Imnedija kampanja bil-għan li tqajjem interess fl-inbejjed lokali ta’ kwalità

Il-kampanja edukattiva u informattiva Wines of Distinction li tnediet illum se tkun qed tiffoka fuq xi jfisser is-siġill DOK Malta, DOK Gozo u IGT Maltese Islands u għandha l-għan li ġġib il-poplu Malti aktar konxju u tqajjem interess fl-inbejjed lokali ta’ kwalità.

Studju riċenti li sar mid-Direttorat tal-Agrikoltura jindika li filwaqt li ċ-ċertifikazzjoni DOK u IGT ilha f’pajjiżna għaxar snin, u minkejja li jidher li l-perċezzjoni dwar inbid lokali ta’ kwalità ħadet xejra pożittiva, huwa ċar li għad fadal il-bżonn li jkun hemm aktar għarfien dwar l-inbejjed u l-kwalità tagħhom.Aqra aktar

Iż-żieda fl-interess fl-inbid Malti u l-effetti tagħha

L-inbid lokali qiegħed kull ma jmur, jiġi mfittex dejjem aktar mill-konsumatur Malti u anke mit-turist.

Iżda ż-żieda fl-interess, minkejja li tkun ideali, jaf ikollha konsegwenzi mhux tant mixtieqa. 

Dan intqal minn Jeremy Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-Marsovin waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-andament tal-ħsad tal-għeneb għal din is-sena b’viżjoni lejn l-isfidi tal-futur.

Aqra aktar

Festa tal-inbid f’Ħal Qormi

It-tlettax-il edizzjoni tal-Qormi Wine Festival reġgħet magħna hekk kif din is-sena mistennija tkun waħda mill-akbar edizzjonijiet li saret tul dawn is-snin kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Sindku ta’ Ħal Qormi, Jesmond Aquilina tenna li mhux faċli jżomm attività ta’ dan il-livell għal tlettax il-sena konsekuttivi.

Aqra aktar

Qabda ta’ sigaretti u nbid tal-kuntrabandu

Il-ħidma tad-dwana kompliet tintensifika, u fil-ġimgħa ta’ Santa Marija interċettat tmint elef, tmien mija u sittin sigarett, u mija u sitta u għoxrin litru inbid tal-kuntrabandu.

Jidher li l-kampanja mid-Dipartiment tad-Dwana ħalliet l-effett mixtieq, hekk kif matul il-ġimgħa ta’ Santa Marija, it-telefonati mill-pubbliku ma waqfu xejn.

Aqra aktar

Iż-Żwieten jgħallmu kif tagħmel l-inbid

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun flimkien mal-Għaqda Għassara tal-Inbid se jkunu qed jorganizzaw kors ‘Kif Tagħmel tal-Inbid?’. Dan il-kors bażiku bla ħlas se jkun qed isir fuq tlett darbiet it-Tnejn 10, 17, u 24 ta’ Lulju, 2017 bejn is-6.00 p.m. u s-7.30 p.m. fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun. 

Matul dawn it-tlett laqgħat dawk li se jattendu se jkunu qed jitgħallmu dwar l-apparat u l-ingredjenti li għandek bżonn biex tagħmel l-inbid, kif tagħraf għeneb tajjeb għall-għasir, il-ħmira naturali mqabbla mal-ħmira tal-pakkett; L-istadji differenti tal-proċess biex tagħmel l-inbid: it-tagħsir tal-għeneb, għaliex l-inbid ma jibqax ibaqbaq, u għaliex tagħmel it-taqlib (racking), l-importanza tal-indafa, l-użu tal-idrometru; kif taħżen l-inbid, kif jimmatura u kif jiġi bbottiljat.

Il-kors hu miftuħ għal kulħadd minn Malta u Għawdex. Dan il-kors huwa miftuħ ukoll għal dawk li qatt m’għamlu inbid u jixtiequ jkunu jafu l-proċess kif isir.

Aqra aktar

Send this to a friend