imwiet | One News

Notifiki

Inqas imwiet minħabba piż żejjed

L-obeżità toffri sfidi mhux żgħar, hekk kif tista’ ġġib numru ta’ kumplikazzjonijiet fis-saħħa tal-bniedem. Studju fuq ħamsa u għoxrin sena janalizza n-numru ta’ mwiet u snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa minħabba l-obeżita. F’pajjiżna, minkejja li l-obeżità żdiedet, jidher li xorta waħda qed ngħixu aħjar.

Aqra aktar

Mistenni jiżdied in-numru ta’ persuni li jmutu kawża tat-tipjip

Wieħed minn kull għaxar imwiet madwar id-dinja huwa kkawżat mit-tipjip. Dan skont studju maġġuri ġdid, li juri kif l-epidemija tat-tabakk għad fadlilha biex tintemm u li t-theddida għall-ħajja qed tkompli tinfirex.

Fl-2015 kien hemm kważi biljun persuna li tpejjep, minkejja l-ħafna policies fuq il-kontroll tat-tabakk addottati minn ħafna pajjiżi.Aqra aktar

Żball oħxon u gravi ħafna

Żball oħxon minn ajurplani militari Niġerjan, hekk kif ibbumbardja kamp ta’ refuġjati f’Rann u qatel minn tal-inqas tnejn u ħamsin persuna.

Fost il-mejtin hemm ħaddiema tal-għajnuna, bl-organizzazzjoni Salib l-Aħmar tgħid li sitta mill-impjegati tagħha nqatlu. L-aġenzija Tobba Mingħajr Fruntieri qalet li iktar minn mitejn persuna weġġgħu u appellat għall-għajnuna bl-evakwazzjonijiet.

Il-President Niġerjan, li l-armata tiegħu qed tiġġieled kontra l-militanti tal-Boko Haram, qal li kien ixxukjat b’dan u appella għall-kalma.

L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi

Skont The Telegraph, il-Forzi Armati Ingliżi għaddew l-ewwel sena tagħhom f’madwar ħames deċenji mingħajr suldat, baħħar jew pilota maqtul waqt xi operazzjoni.

Statistika mill-Ministeru għad-Difiża tindika li dan ilu ma jseħħ mill-1968. Forzi Brittanniċi ilhom jiġġieldu b’zoni ta’ kunflitt perikolużi għal aktar minn 70 sena, minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont sorsi militari li tkellmu mal-istess ġurnal, it-tmiem tal-ġlied tal-Ingliż fl-Afghanistan, ir-rieda li forzi Ingliżi ma jiġġieldux f’missjonijiet simili u l-attenzjoni ‘l bogħod mill-front lines u aktar lejn it-taħriġ kienu kollha fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat.

Aqra aktar

L-aħħar tweets qabel imutu?

Eluf ta’ persuni ċivili jinsabu maqbuda f’zona żgħira fil-belt Sirjana Aleppo, taħt bumbardament kontinwu. Uffiċjal Amerikan stqarr mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li madwar ħamsin elf persuna jinsabu fil-periklu.

Forzi Sirjani qed jirrifjutawli jiefqu mill-bumbardamenti biex iħallu lin-nies jitilqu, jew inkella lil tfal feruti ikunu evakwati. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Bank Ki-Moon esprima allarm fil-konfront ta’ rapporti ta’ atroċitajiet kbar lejn numru ta’ persuni ċivili.

Dawn huma sejre ta’ tweets ‘tal-aħħar’ miġbura mill-BBC.

Aqra aktar

Malta bl-INQAS ammont ta’ mwiet fit-toroq fl-UE

Skont l-Eurostat, is-sena li għaddiet 26,100 persuna mietet f’inċidenti fit-toroq madwar l-Unjoni Ewropea. L-iktar pajjiżi fejn kien hemm inċidenti fit-toroq fl-2015 kienu Franza, il-Ġermanja, l-Italja u l-Polonja.

Jekk nitkellmu dwar fatalitajiet, l-inqas ammont ta’ mwiet fit-toroq kienu reġistrati hawn Malta. Warajna hemm l-Iżvezja u r-Renju Unit. L-iktar pajjiżi fejn mietu nies fit-toroq kawża ta’ inċidenti kienu l-Bulgarija, il-Latvia u r-Rumanija.

Pero interessanti l-fatt li meta mqabbel ma’ sena qabel, ċioe l-2014, l-ammont ta’ vittmi f’inċidenti tat-traffiku żdiedu l-aktar f’Ċipru, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Awstrija, l-Olanda, l-Islovenja u Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend