Imtarfa | One News

Notifiki

Maħżen ġdid għall-apparat kliniku fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa

Wara xhur ta’ ħidma, ġie inawgurat il-maħżen ġdid għall-apparat kliniku fl-Imtarfa se jkun qed jipprovdi l-apparat li għandhom bżonn 23 dar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex. Dan ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis it-Tnejn filgħaxija wara li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl-2017.Aqra aktar

Moviment li jaħseb b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan

Is-suċċess ta’ pajjiżna hu riżultat ta’ moviment li jaħdem b’mod nazzjonali u li ma jibnix ħitan.

Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’Jum il-Ħelsien. Fl-Imtarfa sostna li l-31 ta’ Marzu huwa jum li verament jibni u jagħmilna l-poplu li aħna. Jum li għandna nħarsu lejh mhux bies inġellduh ma’ jiem oħra, b’mod partikolari kisbiet bħall-Indipendenza u r-Repubblika imma biex niċċelebraw tranżizzjoni sħiħa li għamel pajjiżna fl-aħħar snin.Aqra aktar

“Dan huwa moviment li ma jibnix ħitan”- il-PM

Dan huwa moviment li qed iġib is-suċċess sforz l-għaqda u billi ma jibnix ħitan. Fiċ-ċentru Ċiviku tal-Imtarfa l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar it-transizzjoni kbira li għamel pajjiżna tul is-snin. Propju fl-Imtarfa, il-post marbut mal-preżenza militari Ingliża, Dr. Muscat tkellem dwar il-kisba tal-Ħelsien t’erbgħin sena ilu.

Semma l-kullana ta’ kisbiet kostituzzjonali li pajjiżna ra tul is-snin. Il-mexxej Laburista saħaq li dan il-moviment irnexxielu jneħħi l-firda fejn parti ta’ poplu kienet tħoss li l-Ħelsien huwa jum tagħha u ħaddieħor jarah li mhux tiegħu.Aqra aktar

Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Imtarfa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq Ġnien Borg, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni l-ġuvni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda CBR li kien qed isuq, u nqaleb bih.

Fuq il-post issejħu ambulanza u tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħadu lill-ġuvni għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

It-triq li mill-Imtarfa twassal għall-Imġarr se titwessa’ għal żewġ korsiji

Beda x-xogħol fit-Triq Buqana, triq ewlenija taħt l-Imdina li tagħti għall-Imġarr u l-Mosta, sabiex minn korsija waħda titwessa’ għal żewġ korsiji, mill-Imtarfa sar-Roundabout tal-Imġarr.

Il-proġett b’investiment ta’ €3.6 miljun, għandu l-għan li jnaqqis il-ħin tas-sewwieqa li jivvjaġġaw minn din it-triq b’36%. Fil-fatt, ta’ kull filgħodu s-sewwieqa jħabbtu wiċċhom ma’ konġestjoni kbira ta’ traffiku, bir-residenti li jgħixu fl-Imtarfa, ir-Rabat jew l-Imdina jagħmlu kwarta mwaħħlin fit-traffiku li jingema’ f’din it-triq.Aqra aktar

ARA: Opportunita’ biex tesperjenza x-xelter tal-Imtarfa nhar il-Ħadd li ġej

Dan ix-shelter jinsab taħt l-eks Sptar Navali tal-Ingliżi fl-Imtarfa li nbena speċifikament biex jilqa’ lis-suldati midruba matul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fil-fatt ix-xelter fi żmien il-gwerra kien iservi ta’ moħba għall-pazjenti u l-ħaddiema. Ix-xelter uniku u storiku, b’fond ta’ sitt sulari, jinkludi teatru li fih kienu jsiru l-operazzjonijiet.Aqra aktar

“L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel” – Ktieb dwar l-istorja li naqqxet din il-Belt

“Belt il-Ġmiel” – Hekk hi mlaqqma l-belt tal-Imtarfa. Belt b’popolazzjoni ta’ inqas minn 3000 ruħ li hi kkaratterizzata minn dak li ħalliet warajha l-kolonja Ngliża iżda waħda mimlijja ħajja u mħabba lejn dak kollhu li sawwarha.

Belt li tmur lura għall-perjodu Ruman u li għal snin twal kienet tagħmel parti mill-Imdina sakemm iddistakkat ruħha fis-sena elfejn. Fiċ-ċokon u s-silenzju tagħha, l-Imtarfa llum tilqà fiha dak kollu li wieħed jistà jimmaġina – Minn ġonna, għal pjazez u saħansitra pajsaġġ pittoresk li jwassal sa’ Wied il-Qliegħa.

Dan kollhu u iżjed kien dokumentat fi ktieb li ħadem fuqu l-Kunsill Lokali. Ktieb ibbażat fuq 146 ritratt tal-fotografu Reuben Seychell.

L-editur tal-ktieb, is-Sur Vincent Żammit spjega ma’ ONE News li dan il-ktieb hu ntenzjonat biex iqarreb iżjed lill-poplu Malti kif ukoll lit-turisti li jżuru lil pajjiżna lejn l-Imtarfa u ma jibqgħux jarawha biss bħala dik il-belt li wieħed jittawwal lejha minn fuq is-swar tal-Imdina.

Aqra aktar

Minn sentenza sospiża għal tmien snin ħabs

Żgħażugħ ta’ erba’ u għoxrin sena mill-Imtarfa, ra s-sentenza oriġinali tiegħu tinbidel minn sentenza sospiża għal tmien snin ħabs. Dan wara appell minn naħa tal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, li ra li s-sentenza ma kienitx turi l-gravità ta’ dak li wettaq iż-żgħażugħ.

Jacob Rakban, f’Lulju tal-elfejn u sittax wieġeb ħati li f’sitt okkażjonijiet, seraq għadd ta’ ġiżirajjen mingħand nisa anzjani ta’ etajiet bejn ħamsa u ħamsin, u tlieta u tmenin sena. Il-każijiet seħħew kollha fil-Mosta u n-Naxxar.

Fil-Qorti ntqal kif iż-żgħażugħ, eks-plejer ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Ħamrun, huwa vvizjat bid-droga.

Il-Maġistrat Edwina Grima, li ddeċidiet l-appell, qalet li uwa evidenti li s-sentenza oriġinali mhijiex mistħoqqa, la għall-akkużat, u wisq anqas għall-vittmi, li waħda minnhom saħansitra spiċċat l-Isptar għall-kura.

Send this to a friend