imrieħel – One News

Notifiki

Filmat: Il-Pulizija u s-CPD imsejħa biex jagħtu l-għajnuna f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-bypass tal-Imrieħel.

Minn filmat li kiseb one.com.mt, jidher li karozza skidjat għal fuq is-central strip fit-triq, u s-sewwieq kellu bżonn l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza. Għadu mhux magħruf kienx hemm karozzi oħra involuti fl-inċident, jew jekk hemmx persuni feruti kawża ta’ dan.

BIL-FILMAT: Proġett ta’ €55 miljun biex itejjeb is-sistema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar proġett ta’ €55 miljun b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej biex ittejjeb is-sistema tat-traffiku fiż-żona ċentrali ta’ Malta, dik ta’ bejn l-Imrieħel u l-Mosta – żona li ta’ kuljum tara mat-30,000 vettura. Il-proġett għandu l-għan li jaqta’ bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar fil-qalba tal-pajjiż, mill-Imrieħel, Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard sar-roundabout tat-telgħa tas-Saqqajja li tgħaqqad Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Mosta u l-Imġarr.

Aqra aktar

OPERAZZJONI DIFFIĊLI: in-nirien għadhom ma ġewx kontrollati

Il-fabbrika C&V Polymers fiż-żona Industrijali ta’ Ħal Far inħakmet minn nirien fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iżda minkejja li għaddew is-sigħat, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom għaddejjin b’ħidma biex jitfu dawn in-nirien. F’din il-parti tal-fabbrika kien hemm materjal għar-riċiklaġġ. Il-ħaddiema kellhom saħansitra jużaw ir-riserva tal-ilma tal-fabbrika tal-Playmobil biex ikunu jistgħu jlaħqu man-nirien filwaqt li fuq il-post dehru numru ta’ bowsers tal-ilma biex jissupplixxu lill-fire engines.

Aqra aktar

Fuq il-post lest biex jitwaħħal

 

Dal-lejl beda l-proċess biex jiġi nstallat il-pont tal-Imrieħel li x-xogħol fuqu se jkun qed isir matul din il-ġimgħa.

Kien propju bejn it-20:00 ta’ dal-lejl u s-1:00 ta’ filgħodu, li trakkijiet ġarrew l-pont minn Ħal Far sal-Imrieħel.

Illum se jkun qed jibda t-twaħħil tal-pont fuq il-bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard. Ix-xogħol se jkun qed jibda bejn it-20:00 ta’ filgħazija u mistenni jieqaf għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu. Għalekk, parti mill-bypass direzzjoni lejn ħ’Attard se tkun magħluqa għat-traffiku matul da nil-ħin.

Aqra aktar

Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fl-Imrieħel, testijiet fuq l-apparat

Ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid fl-Imrieħel huwa kważi lest u bħalissa qed ikun installat u provat l-apparat biex iċ-ċentru tal-Enemalta jingħaqad mas-sistema nazzjonali ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Dan huwa l-ħames minn sitt ċentri li qed isiru, jew saru, bħala parti mill-proġett maħsub biex jinforza s-sistema nazzjonali ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. Biex issa dawn iċ-ċentri se jkunu telgħu għal 26.

Aqra aktar

Talba biex il-pont tal-Imrieħel jissemma għal żewġ vittmi

Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi lbieraħ qal fil-Parlament li l-Gvern qed jevalwa talba biex il-pedestrian footbridge fuq il-bypass tal-Imrieħel jissemma għal Emma Housley u Graziella Fenech, żewġ tfajliet ta’ 17 u 13-il sena li kienu tilfu ħajjithom f’inċident fatali f’Awwissu tas-sena 2005.

It-tnejn kienu qed jaqsmu l-bypass biex imorru jżuru ħabiba li kienet marida. Emma Housley mietet mad-daqqa waqt li Graziella Fenech mietet l-isptar jumejn wara.

Aqra aktar

Rebħa oħra għall-Iskola Sekondarja tal-Imrieħel

L-iskola sekondarja tal-Imrieħel fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża reġgħet ħarġet bl-unuri għat-tieni sena konsekuttiva meta rebħet kwiżż nazzjonali li ġie organizzat fl-okkazjoni tal-jum dinji tal-ilma mill-HSBC u l-kampanja Catch the Drop bl-appoġġ tad-Dipartimenttal-Kurrikulu u d-Dipartiment tal-eLearning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Tim ta’ ħames studenti tat-tielet sena fl-iskola tal-Imrieħel, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, ħa sehem fi kwiżż flimkien ma’ erbgħa u għoxrin skola oħra indipendenti, tal-knisja u tal-istat. L-istudenti li kienu preparati minn Denise Mizzi, għalliema tal-Ġeografija fl-istess skola, rnexxilhom iwieġbu tajjeb għad-domandi kollha tal-kwiżż.

Aqra aktar

Send this to a friend