imqabba – One News

Notifiki

L-Imqabba, Għawdex, il-Port il-Kbir, u l-Fosos tal-Floriana protagonisti fil-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar 2019

Il-Ministru Konrad Mizzi nieda t-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-Nar. Il-Festival jibda fl-24 ta’ April fl-Imqabba. Il-Festival se jmur ukoll fil-Gżira Għawdxija, fejn se jittella’ spettaklu fix-Xagħra fis-27 t’April.

Fit-30 ta’ April, l-ispettaklu tan-nar ikun fuq il-Port il-Kbir. L-ispettaklu se jkun kollu is-sinkronizat mal-muzika, kif spjega l-Head of Events tal-MTA Lionel Gerada. Is-Sibt 4 ta’ Mejju se jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali.Aqra aktar

La Semana Santa de Espana fl-Imqabba

La Semana Santa de España f’Mqabba qed issir fi 3 swali fi ħdan il-każin tal-Banda San Marija u King George V, li jinsab fil-pjazza tal-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba.

Il-wirja ssir bejn it-18 ta’ Marzu u l-1 ta’ April. Id-dħul huwa b’xejn.

Aqra aktar

La Semana Santa tal-Imqabba fil-Belt Valletta 2018…

Is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba, flimkien mas-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija, se jtellgħu Kunċert Mużikali bit-tema tal-wirja La Semana Santa, din id-darba mhux biss fir-raħal pittoresk tal-Imqabba imma wkoll fil-Kapitali Ewropea tal-Kultura, il-Belt Valletta, fil-Gran Salon tal-Auberge de Provence, bla dubju waħda mill-isbaħ swali fil-Belt Valletta fejn hemm il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Dan il-kunċert, intitolat Concierto La Semana Santa de Espana ser jittella’ mill-Banda Re Gorg V taht id-direzzjoni ta’ Mro. David Agius, nhar l-Erbgha 14 ta’ Marzu fis-19.15 u ser ikun taħt il-Patrocinju ta’ L-Onor Dr Owen Bonnici, Ministru ghall-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Fil-kunċert se tindaqq taħlita ta’ siltiet minn mużika klassika u dik Spanjola flimkien ma’ żfin professjonali mill-Alegria Dance Company. Se jkun hemm ukoll akkumpanjament mill-kitarrist Evan Plumpton u l-kantanta Eleanor Cassar u rokna letterarja minn Silvio Bianchi.

Ser ikun hemm transport provdut mill-pjazza tal-Imqabba għal dan il-kunċert li se jdewwaq il-ftuħ tal-wirja La Semana Santa fil-Belt Valletta.

Il-ftuħ tal-wirja La Semana Santa u ċ-Ċenaklu Ħaj fl-Imqabba se jsir il-Ħadd ta’ wara, 18 ta’ Marzu fil-11.00 fis-sede tas-Soċjeta’ Santa Marija u Banda Re Ġorġ V fil-pjazza tal-Imqabba.

Bejgħ ta’ kejkijiet u figolli b’risq Puttinu Cares

Puttinu Cares se jagħmel il-bejgħ tal-kejkijiet u figolli fl-10 u l-11 ta’ Marzu fuq iz-zuntier tal-knejjes tal-Parroċċi taż-Żurrieq, Imqabba, Qrendi, Safi u Kirkop, u anke f’Ħal Qormi fiż-żewġ parroċċi rispettivi.

Din l-attività qed tkun organizzata minn grupp ta’ miżżewġin mill-Parroċċa taż-Żurrieq.

Żuru l-paġna ta’ dan l-avveniment: https://www.facebook.com/CakeSalePuttinu/

Allokati €2.2 miljuni biex tissolva problema tal-għargħar fl-Imqabba

Ghal snin twal l-Imqabbin ilmentaw dwar problemi tal-għarar. Kien għalhekk li l-Gvern alloka €2.2 miljun biex fost oħrajn tigi indirizatta din il-problema fl-Imqabba.
Dan se jkun qed isir billi jinbena ġibjun ġdid fin-naħa ta’ isfel tal-Imqabba filwaqt li se jsiru xogħlijiet fuq il-ġibjun eżistenti biex jibda jiffunzjona aħjar. Dan hekk kif fil-preżent dawk li joqogħdu fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija qed jispiċċaw bi triq mgħerrqa hekk kif il-ġibjun eżistenti mhux ilaħħaq mal-ilmijiet.

Tifel ta’ 7 snin l-isptar wara inċident fl-Imqabba

Tifel ta’ 7 snin li kien passiġġier f’waħda mill-vetturi li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba ttieħed l-isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:10 madwar roundabout bejn il-Qrendi u l-Imqabba meta vettura tat-tip Suzuki Alto, misjuqa minn mara ta’ 30 sena u li fl-istess vettura kien hemm tifel ta’ 7 snin, it-tnejn residenti l-Imqabba, kellha impatt ma’ vettura tat-tip Suzuki Vitara misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Qrendi.

Aqra aktar

Send this to a friend