impjiegi – One News

Notifiki

L-aħħar stħarriġ tal-LFS juri żieda ta’ 16,468 impjieg – is-salarju bażiku tela’ għal €19,484 fis-sena

L-aħħar stħarriġ dwar is-suq tax-xogħol li jsir mill-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika sab li l-persuni jaħdmu bejn April u Ġunju żdiedu b’aktar minn sittax-il elf u erba’ mitt meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – 251,700
2018 – 235,235
+16,468 IMPJIEG

Il-Labour Force Survey juri li ż-żieda ta’ sebgħa fil-mija fl-impjiegi wasslet biex f’Malta kien hawn mitejn wieħed u ħamsin elf u sebgħa mitt ruħ li kienu qegħdin jaħdmu.

Din iċ-ċifra tirrappreżenta kważi sittin fil-mija tal-popolazzjoni Maltija fl-età ta’ bejn il-15 u l-64 sena.

L-istħarriġ li sar fost aktar minn tlett elef u mitejn familja, juri li bħala medja, is-salarju bażiku kien ta’ 19,484 ewro fis-sena.

Dan ma jinkludix ħlasijiet ta’ sahra, benefiċċji u l-bonus. Il-Labour Force Survy juri li l-ħaddiema fis-settur finanzjarju u fl-assigurazzjoni għandhom l-aħjar pagi. Imqabbel mal-istess perjodu fl-2012, is-salarju bażiku żdied b’aktar minn erbat elef ewro.

IS-SALARJU BAŻIKU BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – €19,484
2018 – €18,942
2017 – €18,064
2012 – €15,471

Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li ftit aktar minn tmint elf u tmien mija jew tnejn punt wieħed fil-mija qegħdin ifittxu impjieg, 235 anqas milli kien hemm fl-istess perjodu s-sena l-oħra.
Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li kważi sittax fil-mija kienu qegħdin jaħdmu għal rashom.

Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-UE – Eurostat

Malta tilħaq diġà l-miri tal-2020 fil-qasam tal-impjiegi

Malta irnexxiela tilħaq il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-qasam tax-xogħol. Dan hekk kif Malta għanda rata t’impjiegi li taqbeż il-ħamsa u sebgħin fil-mija. Dan joħrog minn stqarrija tal-Eurostat bbażata fuq statistika ppruvduta mill-European Labour Force Survey li kienet ippublikata l-Ġimgħa filgħodu.

Aqra aktar

L-akbar żieda fl-impjiegi fl-istorja

  • Żieda qawwija fl-oqsma li dwarhom beżża’ Simon Busuttil

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena pajjiżna rreġistra l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-istorja. Li kienet ukoll l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel kwart ta’ din is-sena. Kienet il-Eurostat li kkonfermat dan meta pajjiżna kellu tkabbir ta’ 6% fl-impjiegi fuq is-sena ta’ qabel.

Dan jikkonfermah riżultat simili miksub ġimgħa ilu fejn tidħol ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku.

Ta’ min ifakkar li fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, bħala medja, l-impjiegi żdiedu b’1.9%, jew b’anqas minn terz tar-rata preżenti.

Aqra aktar

Żieda enormi fl-impjiegi mal-privat

Statistika oħra pożittiva fejn jidħlu l-impjiegi f’pajjiżna. Taħt din l-amministrazzjoni kull jum żdiedu 21 impjieg full-time. Din hija tliet darbiet ir-rata ta’ ħolqiet ta’ xoghol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. L-ikbar żieda kienet innutata fost impjiegi mal-privat.

Aqra aktar

ŻIEDA KBIRA OĦRA FL-IMPJIEGI

Il-persuni b’impjieg full-time f’Malta żdiedu b’5.3% f’Diċembru 2016, filwaqt li dawk li huma impjegati fuq bażi part-time żdiedu ukoll b’5% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra.

L-istatistika tal-Jobsplus turi li l-impjiegi full-time fi żmien sena żdiedu b’4.2%, jiġifieri b’187,092 impjieg. Dan għaliex filwaqt li aktar nies ġew impjegati, l-qgħad kompla jonqos.

Aqra aktar

Send this to a friend