imnarja | One News

Notifiki

Il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett

Ġimgħa ‘l bogħod mill-Festa tal-Imnarja,  fil-Buskett għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal din il-festa tradizzjonali.

Il-Fest tal-Imnarja se tiġi iċċelebrata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla. Il-Buskett jinbidel f’villaġġ agrikolu fejn l-bdiewa u r-raħħala jingħataw l-opportunità li jesebixu l-frott u l-ħxejjex tagħhom.

Filfatt, Anna Zahra li ilha snin taħdem ir-raba’ spjegat kif l-Imnarja hija festa ta’ ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li huwa prodott malti.

Aqra aktar

Mużika Maltija għall-kunċert tal-Imnarja

L-Għaqda mużikali L’Isle Adam, għal sena oħra se terġa torganizza l-kunċert muzikali tal-Imnarja.

Kunċert b’differenza hekk kif din is-sena se jiċċelebra l-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-Imnarja; festa tradizzjonali għall-familja kollha

Il-Ħamis li ġej se tkun qed tiġi ċċelebrata il-festa tradizzjonali tal-Imnarja. Festa li tibda tiġi ċċelebrata mill-Erbgħa filgħaxija.

Il-Festa tal-Imnarja tibda l-Erbgħa fis-sitta ta’ filgħaxija, b’parata minn mis-Saqqajja u minn hemm jibqgħu deħlin il-Buskett fejn jingħata bidu għall-Imnarja.

Aqra aktar

Il-bandu tal-Imnarja fil-Belt Valletta

Fil-Belt Valletta għaddej il-bandu tal-Imnarja. Din hija tradizzjoni Maltija li ssir qabel il-festa tal-Imnarja. Il-bandu tal-Imnarju beda minn pjazza San Ġorġ u qed jimxi tul Triq ir-Repubblika. F’din l-attività l-atturi jilbsu lbies tradizzjonali u jagħmlu waqfiet tul il-mixja tagħhom biex jaqraw il-bandu fejn iħabbru l-attivitajiet tal-Imnarja, fosthom l-atturi qed jagħtu dettalji dwar l-attivitajiet li se jsiru fil-Buskett lejliet l-Imnarja.

Aqra aktar

L-aħħar preparamenti għall-attivitajiet tal-Imnarja

L-Imnarja tinsab viċin, festa li fiha jsir wieħed mill-akbar avvenimenti agrikoli tas-sena. Bħalissa qed ssiru l-aħħar tħejjijiet fil-ġonna tal-Buskett sabiex titkompla t-tradizzjoni annwali fejn il-bdiewa, r-raħħala kif ukoll il-poplu inġerenali  jipparteċipaw bil-kbir f’ dan l-avveniment.

Huma bosta raħħala, bdiewa u dilettanti tal-agrikoltura li jkunu jistennew bil-ħerqa l-akbar wirja u l-aktar kompetizzjoni akkanita tal- prodotti agrikoli. Fl-Imnarja, l-viżitaturi jistgħu japprezzaw il-ħidma tal-bdiewa u r-raħħala li jaħdmu qattiegħ s-sena kollha u li jkabbru prodotti għall-ikel u jindukraw l-annimali b’ tant imħabba, għożża u kburija.

Aqra aktar

Min imelles il-fniek u min isajjarhom!

Esperti f’diversi oqsma reltati mal-biedja u s-sajd tkellmu magħna waqt l-Imnjara, il-festa fejn professjonisti u dilettanti f’dan il-qasam jiltaqgħu f’post wieħed: il-Buskett.

Anna Zahra kellmitna dwar l-ilma tax-xita li din is-sena kien skars ħafna u li ħalla impatt fuq il-bdiewa Maltin. Noel Mifsud ipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-aktar nagħaġ li jagħmel ħalib, filwaqt li Morgan Mifsud aktar jifhem fit-tiġieġ. Felix Farrugia jifhem fl-effet terapewtiku li l-fniek jista’ jkollhom fuq it-tfal, filwaqt li Oswald Scicluna jippreferi jsajjarhom il-fniek! Għalkemm ma żvelax l-ingredjenti ‘tal-familja’ li jagħmlu l-platt tagħhom speċjali.

Segwi l-filmat!

Aqra aktar

L-isbaħ nagħaġ u l-iktar fenek bellusi: festa sabiħa f’jum l-Imnarja

Eluf ta’ Maltin marru l-ġonna tal-Buskett għall-Imnarja, il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. Din il-festa tmur lura għal żmien il-kavallieri, meta kienu jieħdu l-opportunità għal jum ta’ divertiment aktar mis-soltu.

Hija wkoll festa tal-bdiewa, hekk kif illum jimmarka tmiem l-istaġun agrarju. Bdiewa li dan l-istaġun ma kienx daqshekk tajjeb għalihom, minħabba n-nuqqas ta’ xita. Qalulna wkoll li jinsabu mħassba bl-ammont ta’ xita barra minn żmienha li għamlet f’dawn il-jiem, li tagħmel aktar ħsara milli ġid.

Aqra aktar

Send this to a friend