immigrazzjoni – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru preżenti għal diskussjonijiet fuq l-immigrazzjoni waqt summit fl-Eġittu

“Il-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda.”

Dak kien kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Kwistjoni li ddominat l-aġenda fit-tieni jum tas-summit storiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Arbija.

Summit li ra l-bidu għal djalogu kostruttv bejn iż-żewġ naħat bi qbil li jerġgħu jiltaqgħu fi Brussell fl-2022.

Preżenti għal dan is-summit f’Sharm El-Sheikh, fl-Eġittu, il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tad-diskussjoni dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni u kif din hija sfida komuni bejn il-pajjiżi Arab u l-istati membri tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu minkejja li hija sfida komuni, il-Prim Ministru nnota li din il-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda.

“Hemm realiżżazzjoni li l-kwistjoni ma tistax tiġi trattata bħala ħaġa waħda. Hemm pajjiżi Arab li minnhom infushom pajjiżi fejn tasal l-immigrazzjoni mhux minn fejn titlaq.”

Dan hekk kif irid ikun hemm distinzjoni bejn refuġjati u mmigranti.

“Dejjem huwa mportanti li nżommu f’moħħna bejn refuġjat u mmigrant. Persuni li qiegħdin jaħarbu mill-persekuzzjoni ta’ gwerra, ta’ sitwazzjonijiet klimatiċi estremi forsi u persuni li qiegħdin jfittxu ħajja aħjar.”

Filwaqt li nnota l-qbil bejn iż-żewġ naħat, il-Prim Ministru żied jgħid li din hija sitwazzjoni fejn kulħadd irid jirrispetta r-regoli.

“Sitwazzjoni fejn kulħadd jirrispetta r-regoli u ż-żewġ naħat ma jridux jiffacilitaw sitwazzjoni ta’ gruppi kriminali li jinqdew b’din it-traġedja umana.”

Intant fl-istess summit il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk saħaq li huwa biss permezz ta’ qbil u kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat li jistgħu jtellfu u jwaqqfu gruppi kriminali bħal traffikanti tal-umani.

Fis-summit kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela, li ħa sehem f’laqgħat bilaterali.

“Il-kriżi tal-immigrazzjoni għandha tkun indirizzata mill-Istati Membri kollha tal-UE”- il-President

Il-fenomenu tal-migrazzjoni irid jiġi indirizzat b’mod kollettiv, bi qsim tar-responsabilitajiet bejn l-Istati Membri Ewropej.  B’mod dinjituż, li jirrispetta d-drittijiet fundamenali tal-bniedem.  Dan kien l-appell tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-aħħar indirizz tagħha lill-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji akkreditati għal Malta fl-okkażjoni tal-bdil tradizzjonali tal-awguri għas-sena l-ġdida li sar fil-Palazz il-Belt.Aqra aktar

“It-300 immigrant mhux ser jibqgħu kollha Malta” – Il-Ministru Michael Farrugia

Il-Bastiment Sea Watch 3 flimkien mal-bastiment Professor Albrecht Penck – li fuqhom b’kollox hemm disgħa u erbgħin immigrant li ġew salvati – għadhom jistkennu ftit ’il barra mill-kosta Maltija.

Il-bastimenti bl-immigranti ġew interċettati qrib il-Libja ftit qabel il-Milied, u wara li ġew irrifjutati mill-Libja kif ukoll mit-Tuneżija, it-tieni l-eqreb pajjiż, ġew irrifjutat wkoll mill-Italja, li tiġi t-tielet l-eqreb pajjiż qabel Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend