immigranti – Page 9 – One News

Notifiki

Tfal attakkati, stuprati u maqtula

Il-Nazzjonijiet Magħquda wissew li ammont kbir ta’ tfal qed jipperikolaw ħajjithom billi jivjaġġaw mill-Libja għall-Italja. Skont Unicef, mas-26,000 tifel u tifla, ħafna minnhom waħedhom, vjaġġaw fil-Mediterran is-sena li għaddiet.

Iżda f’rapport ġdid bl-isem A Deadly Journey for Children, Unicef qalu li huwa allarmanti kemm tfal isofru minn vjolenza u abbuż sesswali meta jiġu f’idejn min jitraffikahom. Agħar minn hekk, ikun hemm ħafna li jkun attakkati b’mod brutali, stuprati u anke maqtula.

Aqra aktar

1,600 ġew Malta bl-ajruplan jew bil-baħar ifittxu l-ażil fl-2016 – terz Libjani

Fir-rapport anwali tagħhom, Amnesty International innotaw li Malta qed timplimenta mod ġdid kif tilqa’ lil dawk li qed ifittxu l-ażil beda u li dan huwa pass ‘l quddiem mill-mod awtomatiku u mandatorju li bih dawn kienu jittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni. Madanakollu, Amnesty International esprimew tħassib fil-konfront ta’ miżuri kontra d-detenzjoni arbitrarja u li tmur kontra l-liġi.

Innotaw li ma kien hemm ebda wasla ta’ refuġjati bid-dgħajjes direttament mill-Afrika ta’ Fuq, għaliex ħafna kienu salvati fil-baħar jew inkella ttieħdu l-Italja. Madanakollu, 29 persuni li kellhom bżonn l-assistenza b’mod urġenti nġiebu hawn Malta.

Sal-aħħar ta’ Novembru, 1,600 persuna ġew Malta bl-ajruplan jew bil-baħar, jitolbu l-ażil. Aktar minn terz kienu Libjani. 80 kienu aċċettati taħt programm Ewropew u nżammu għal testijiet mediċi, li l-Amnesty nnotat idumu madwar 70 siegħa.

 

 

 

 

 

Mill-mara l-ħoxna sal-immigranti

Statwetti tal-mara l-ħoxna li nassoċċjaw mal-Preistorja, il-Kavallieri li tawna identita Barokka rikka, l-immigranti li qed jaħarbu l-kunflitt. Dawn kollha għandhom rabta mal-baħar Mediterran li jdawwar il-gżejjer Maltin, baħar li huwa protagonist fl-esibizzjoni Malta: Land of Sea, li tinsab fiċ-ċentru Bozar fi Brussel. Wirja li qed tittimbra lill-poplu Malti u lil Gżiritna bħala territorju tal-art u tal-baħar.

Is-Sittin biċċa arti nfteħu għall-pubbliku nhar il-Ħamis mill-Ministru Owen Bonnici u l-kuratur ta’ Muża, Sandro Debono. Dawn ġejjin minn iktar minn għoxrin mużew differenti, istituzzjonijiet kulturali, u NGOs Maltin differenti.

Aqra aktar

Presidenza Maltija: iffirmat l-ewwel pjan annwali ta’ koperazzjoni bejn l-EASO u l-Frontex

Waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta’ Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea hija li jintlaħaq ftehim interistituzzjonali Ewropew fuq il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil (l-EASO) jinbidel f’aġenzija tal-UE għall-Ażil żviluppata għal kollox, li tkun tirrifletti l-irwol isħaħ ta’ din l-entità f’Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata. Din it-trasformazzjoni diġà saret b’suċċess fil-każ tal-Frontex, li s-sena l-oħra saret l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

“Ħidmet l-EASO ilha tikber u titwessa’ fil-livell prattiku, u issa wasal iż-żmien li tiġi stabbilita l-bażi legali li tkun tirrifletti dik ir-realtà,” qal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela f’messaġġ li bagħat lill-membri tal-bordijiet tat-tmexxija tal-EASO u tal-Frontex fl-okkażjoni ta’ laqgħa konġunta li kellhom f’Malta, fejn huwa bbażat l-EASO. “Nittamaw li, sa tmiem il-Presidenza tagħna, inkunu lħaqna ftehim sabiex il-proposta leġiżlattiva tkun tista’ tidħol fis-seħħ u tibda tiġi implimentata kemm jista’ jkun malajr.”

Il-laqgħa saret f’San Ġiljan ilbieraħ. Din kienet l-ewwel darba li l-bordijiet tat-tmexxija ta’ dawn iż-żewġ entitajiet Ewropej kellhom sessjoni waħda flimkien. F’din l-okkażjoni huma ffirmaw ukoll l-ewwel pjan annwali ta’ koperazzjoni bejn l-EASO u l-Frontex.

Aqra aktar

Aktar minn 1,300 migrant salvati fil-Mediterran

Aktar minn 1,300 migrant kienu salvati fi tlettax-il missjoni separata li seħħet ilbieraħ fil-Mediterran.

Dan fisser li kienu aktar minn elfejn u sitt mija, n-numru ta’ persuni li ġew mgħejjuna fl-aħħar tlett ijiem.

Elf u tliet mitt immigrant ieħor kienu salvati nhar l-Erbgħa li għadda.

Aqra aktar

‘Eluf ta’ immigranti jistennew il-Libja’ – Miriam Dalli

Ninsabu fuq l-għatba ta’ influss probabbli ta’ eluf ta’ immigranti fiċ-ċentru tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea għadha ma ħarġitx b’soluzzjoni effettiva li verament tagħmel differenza u tindirizza din ir-realtà.

Stqarret dan il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija Miriam Dalli fil-Parlament Ewropew waqt li kien qed jiġi diskuss is-suġġett tal-immigrazzjoni miċ-ċentru tal-Mediterran.

“Sorsi differenti qed jitkellmu dwar eluf ta’ nies jistennew fil-Libja biex jaqsmu lejn l-Ewropa. Is-sitwazzjoni hija kritika u la jikkalma t-temp se nerġgħu niffaċċjaw influss qawwi ieħor mingħajr m’għandna soluzzjonijiet adegwati,” qalet Dr Dalli.

Aqra aktar

FILMAT: “Ħalluh jegħreq”

“Ħalluh jegħreq” – Din kienet ir-reazzjoni ta’ dawk li raw immigrant mill-Afrika jegħreq fil-Grand Canal, Venezja. Quddiem xena ta’ niket bħal din turisti u nies tal-lokal ġibdu filmati ta’ dak li huwa maħsub suwiċidju bil-mobile tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend