immigranti – Page 8 – One News

Notifiki

Malta bl-iktar nies intitolati għall-protezzjoni internazzjonali

Ir-rapport annwali tal-2016 ippubblikat mill-EASO juri kif f’pajjiżna kellna l-ogħla rata ta’ persuni li kellhom l-aktar raġunijiet validi biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Fil-fatt, total ta’ 83% mit-total ta’ persuni li fittxu l-protezzjoni f’pajjiżna, issoddisfaw il-kriterja neċċessarja biex jingħataw protezzjoni internazzjonali.

Pajjiżna kien segwit mill-Olanda u l-Awstrija b’72%, filwaqt li l-pajjiż li fih ingħataw l-anqas protezzjoni kien fl-Ungerija bi 8%.

Aqra aktar

Eluf f’periklu qrib Malta

Mis-sigħat bikrija tas-Sibt, l-organizazzjoni MOAS wettqet ħidma ta’ salvataġġ u assistenza lil disa’ dgħajjes, li fuqhom kien hemm bejn 1,500 u 1,800 persuna.

Dan qed tgħidu l-aġenzija privata stess, ibbażata hawn Malta.

Qalet ukoll li 453 persuna ttelllgħu abbord il-vapur tal-MOAS Phoenix, u l-ħaddiema tal-MOAS spiċċaw jgħassu madwar elf persuna li baqgħu fuq id-dgħajjes tul il-lejl, sakemm waslet l-għajnuna.

Dejjem skont MOAS, fiċ-ċentru tal-Mediterran saru 2,074 operazzjonijet ta’ salvataġġ f’dan tmiem il-ġimgħa.

Aktar minn 200 immigrant maħsuba mejta

Aktar minn 200 immigrant huma maħsuba li tilfu ħajjithom wara li għerqu waqt li kienu abbord dgħajsa li għerqet ftit ‘il bogħod mill-kosta tal-Libja, dan skond organizzazzjoni Spanjola li tgħin lil persuni fil-bżonn.

Proactiva Open Arms qalet li s’issa sabu madwar ħames iġsma li kienu qrib dgħajsa meqluba, li kull waħda tesa’ mitt persuna.

Aqra aktar

Malta: iż-żieda fl-immigranti ikbar mill-ammont ta’ trabi Maltin imwielda

L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ppublika ċifri li jindikaw tendenzi fis-soċjetà Maltija.

Fost oħrajn, fl-2015 iż-żieda fil-popolazzjoni kien spjegata prinċipalment biż-żieda fl-immigranti minflok fl-ammont ta’ trabi li twieldu. Kien hemm twelid aktar minn mwiet, iżda n-nisa taħt it-tletin qed ikollhom inqas tfal.

Aktar minn 12,000 immigrant ġie Malta fl-2015.

Il-Ministru Abela iżur ir-realtà ta’ immigranti fil-Greċja

  •  L-istati membri tal-UE mħeġġin jonoraw l-impenji li ħadu biex jirrilokaw lill-migranti u jibagħtu esperti fil-‘hotspots’

F’isem il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela għamel żjara fil-kamp tal-migranti ta’ Moria fil-gżira Griega ta’ Lesvos, fil-Baħar Eġew. Miegħu kien hemm il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Intern u ċ-Ċittadinanza Dimitris Avramopoulos u l-Ministru Grieg tal-Migrazzjoni Ioannis Mouzalas.

Aqra aktar

Tfal attakkati, stuprati u maqtula

Il-Nazzjonijiet Magħquda wissew li ammont kbir ta’ tfal qed jipperikolaw ħajjithom billi jivjaġġaw mill-Libja għall-Italja. Skont Unicef, mas-26,000 tifel u tifla, ħafna minnhom waħedhom, vjaġġaw fil-Mediterran is-sena li għaddiet.

Iżda f’rapport ġdid bl-isem A Deadly Journey for Children, Unicef qalu li huwa allarmanti kemm tfal isofru minn vjolenza u abbuż sesswali meta jiġu f’idejn min jitraffikahom. Agħar minn hekk, ikun hemm ħafna li jkun attakkati b’mod brutali, stuprati u anke maqtula.

Aqra aktar

Send this to a friend